Premju Nobel: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: {{stub}} Il-'''Premju Nobel''' (''Nobelpriset'' bl-Iżvediż) huwa unur internazzjonali li jingħata ta' kull sena mill-gvern Żvediż. Il-premju jingħata lil persuni li jkunu ddisti...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 15:19, 9 Awwissu 2010

Il-Premju Nobel (Nobelpriset bl-Iżvediż) huwa unur internazzjonali li jingħata ta' kull sena mill-gvern Żvediż. Il-premju jingħata lil persuni li jkunu ddistingwew ruħhom fid-diversi oqsma ta' għarfien, "li ġabu benefiċċji sostanzjali lill-umanità" bir-riċerki, skoperti u invenzjonijiet, bix-xogħol letterarju tagħhom, jew bl-impenn li urew lejn il-paċi fid-dinja.

Dan il-premju ġie stabbilit fl-1901 skont l-aħħar xewqat ta' Alfred Nobel (1833–1896), inventur tad-dinamita. Iċ-ċerimonja ssir fl-10 ta' Diċembru, fil-ġurnata tal-mewt tal-fundatur Żvediż.

It-testment ta' Alfred Nobel

 
Alfred Nobel

Mal-mewt tiegħu, Alfred Nobel ħalla wirt ta' 32 miljun krona. It-testment tiegħu, miktub fl-1895, ma jipprovdi l-ebda eredi dirett għall-wirt tiegħu, imma Alfred Nobel sejjaħ għal istituzzjoni li tippremja kull sena nies li taw l-impenn kbir tagħhom lejn l-umanità, li tejjbu jew għamlu progress konsiderevoli fil-qasam tal-għarfien u l-kultura f'ħames dixxiplini differenti: il-paċi jew diplomazija, il-letteratura, il-kimika, il-fiżjoloġija jew il-mediċina, u l-fiżika.

Barra minn hekk, it-testment jgħid li n-nazzjonalità tal-persuna li jieħu l-unur ma' għandiex tkun waħda determinanti. Il-Fondazzjoni Nobel twieldet fid-29 ta' Ġunju, 1900. Din tara li timxi mal-aħħar xewqat tat-testatur, u tara li kollox jimxi skont ir-regoli fid-deżinjazzjoni tar-rebbieħa u tiċċekkja l-progress tan-nomina tagħhom.

Ħoloq esterni