Duminku ta' Guzmán: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m robot Modifying: be:Святы Дамінік; kosmetiċi bidliet
Linja 2:
San Duminku (Spanjol: Domingo), magħruf ukoll bħala Duminku ta' Osma jew ta' Guzmán (1170 – 6 ta' Awissu, 1221) kien il-Fundatur tal-Ordni tal-Predikaturi(OP) magħrufin bbħala d-Dumnikani, ordni reliġjuż Kattoliku.
 
== Tfulija ==
San Duminku twieled f’Calaruega, [[Spanja]], fl-1170, minn familja nobbli, bin Ġovanna ta’ Aza u Feliċ ta’ Guzman. It-tradizzjoni tgħid li meta ommu kienet tqila bih hija kellha ħolma li t-tarbija tagħha, kienet se tkun bħal kelb bit-torċa f’ħalqu, iktar tard interpretata li Duminku bil-prietki tiegħu kellu jagħti dawl lid-dinja kollha. Il-kelb bit-torċa f’ħalqu sar simbolu tal-Ordni Dumnikan. It-tradizzjoni tkompli tgħid ukoll li fil-magħmudija ta’ Duminku, ommu rat stilla tiddi fuq sidru, ġrajja li wasslet biex San Duminku jibda jitqies ukoll bħala patrun tal-astronomija.
 
Meta Duminku kellu erbatax-il sena, daħal l-Università ta’ Palencia, biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Waqt li kien għadu student sar Kanonku tal-Katidral ta’ Osma. Wara l-Ordinazzjoni tiegħu fl-1195, mar jgħix mal-Kanonċi skond ir-Regola ta’ [[Santu Wistin]]. Fl-1201, sar il-Pirjol tal-Kapitlu.
 
== L-Albiġiżi ==
Fl-1204, kien ma’ l-Isqof tiegħu qed jivvjaġġa fi Franza, u ra l-ħsara li kienu qed jagħmlu l-[[Albiġiżi]], (minn Alby, [[Franza]], li fost tagħlim eretiku ieħor kienu jsostnu li l-ispiritwali huwa tajjeb, u l-materjali huwa ħażin, u li Ġesù ma twelidx tassew minn Marija). Flanguedoc iltaqa’ ma’ wieħed Albiġiż u għadda l-lejl kollu jiddiskuti miegħu sakemm ikkonvinċieh u rah jerġa jħaddan it-twemmin Kattoliku.
 
Minn din il-laqgħa, San Duminku ra ċar li l-missjoni tiegħu kienet li jippriedka l-Vanġelu u jikkumbatti l-ereżija Albiġiża. Għalhekk ġabar madwaru grupp ta’ għalliema biex jgħinuh iwettaq il-ħsieb tiegħu, u b’xi nisa minnhom waqqaf il-kunvent ta’ Prouille fl-1206. Huwa baqa’ f’Languedoc għal kważi għaxar snin jippriedka bla serħan.
 
== L-Ordni tal-Predikaturi ==
Fl-1212 mar Toulouse, u fl-1215 attenda r-Raba’ Konċilju Lateran, f’Ruma.
Lura f’Toulouse waqqaf l-Ordni tal-Predikaturi jew kif saru magħrufin “Id-Dumnikani”, fil-25 ta’ April 1215. L-għan prinċipali ta’ l-Ordni kien li l-membri tiegħu jgħaqqdu l-għerf mal-qdusija u s-sempliċita’ tal-ħajja u jipprietkaw il-Vanġelu ħalli jikkumbattu l-ereżija tal-Albiġiżi. Il-Papa Onorju III approva l-Ordni f’Diċembru 1216.
Linja 18:
F’qasir żmien id-Dumnikani xterdu fi [[Spanja]], fi Franza, l-[[Ingilterra]], l-[[Italja]] u f’pajjiżi oħra. Fl-1220 il-Papa Onorju III ħatar lil San Duminku bħala Superjur Ġenerali tal-Ordni. F’dik l-istess sena, San Duminku sejjaħ l-ewwel Kapitlu Ġenerali, f’Bologna.
 
== Mewt ==
F’[[Bologna]] marad u wara xi tliet ġimgħat miet, fis-6 ta’ Awissu, 1221. Il-Papa Girgor IX ipproklamah Qaddis fl-1234.
 
== Ir-Rużarju ==
It-tradizzjoni Kattolika żżomm li San Duminku għamel ir-Rużarju devozzjoni popolari speċjalment biex jikkumbatti l-ereżija tal-Albiġiżi.
 
== Id-Dumnikani f'Malta ==
L-ewwel Kunvent tad-Dumnikani f’ Malta twaqqaf madwar is-sena 1450, qrib għar fir-[[Rabat]] fejn, kif jingħad, il-Madonna kienet dehret lil wieħed kaċċatur; għalhekk il-Kunvent imsemmi beda jissejjaħ il-Kunvent tal-Madonna tal-Għar. Fl-1528 id-Dumnikani fetħu l-Kunvent tal-Lunżjata fil-Birgu; u fl-1569 fetħu l-Kunvent tal-Portu Salvu fil-Belt, [[Valletta]], li kienet għadha kemm bdiet tinbena. Fl-1838 dawn it-tliet Kunventi nfirdu mill-Provincja ta’ [[Sqallija]] u twaqqfu bħala Provinċja ta’ San Piju V. Aktar tard imbagħad żdiedu żewġ Kunventi oħra: fl-1909 il-Kunvent tan-Nazzarenu f’[[Tas-Sliema]]; fl-1945 dak tal-Madonna ta’ Fatima fi [[Gwardamanġa]]; fl-1948 Flores College, il-Belt, għadda f’idejn id-Dumnikani li tawh l-isem ta’ St. Albert the Great College.
 
Linja 31:
Nhar is-26 ta' Jannar 2007, il-patri Dumnikan [[Pawlu Cremona]] sar it-tielet Arċisqof ta' Malta.
=== Il-Parroċċa ta' San Duminku, il-Belt Valletta ===
Il-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt Valletta saret “il-parroċċa ewlenija u matriċi tal-Belt il-ġdida kollha kemm hi” mill-[[Papa Piju V|Papa San Piju V]] b’Bolla Apostolika ''Ex Debito Pastoralis'' tat-2 ta’ Lulju 1571. Fil-25 ta’ Mejju 1816, il-knisja tgħolliet għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Il-knisja oriġinali, mibnija minn Ġlormu Cassar kellha tinħatt madwar mitejn sena wara, minħabba l-ħafna ħsarat li kienet ġarrbet bit-terremot tal-1693. Il-knisja ġdida ġiet konsagrata fil-15 ta’ Ottubru 1889.
 
{{DEFAULTSORT:Duminku}}
 
[[Kategorija:Twieldu fl-1170]]
[[Kategorija:Mietu fl-1221]]
Line 41 ⟶ 42:
[[Kategorija:Promoturi tar-Rużarju]]
 
[[be:Святы Дамінік дэ Гусман]]
[[br:Domingo de Guzmán]]
[[ca:Domènec de Guzmán]]
Line 48 ⟶ 49:
[[de:Dominikus]]
[[en:Saint Dominic]]
[[es:Domingo de Guzmán]]
[[eo:Sankta Dominiko]]
[[es:Domingo de Guzmán]]
[[fa:دومینیک]]
[[fi:Pyhä Dominicus]]
[[fr:Dominique de Guzmán]]
[[he:דומיניקוס הקדוש]]
[[ko:도미니크]]
[[hr:Sveti Dominik Guzman]]
[[hu:Szent Domonkos]]
[[it:Domenico di Guzmán]]
[[ja:ドミニコ]]
[[he:דומיניקוס הקדוש]]
[[ko:도미니크]]
[[sw:Dominiko wa Guzman]]
[[la:Sanctus Dominicus]]
[[lt:Šv. Dominykas]]
[[hu:Szent Domonkos]]
[[nl:Dominicus Guzman]]
[[ja:ドミニコ]]
[[pl:Dominik Guzmán]]
[[pt:Domingos de Gusmão]]
Line 68 ⟶ 69:
[[simple:Saint Dominic]]
[[sk:Dominik Guzmán]]
[[fi:Pyhä Dominicus]]
[[sv:Dominicus]]
[[sw:Dominiko wa Guzman]]
[[uk:Святий Домінік]]
[[war:Domingo de Guzmán]]