Agatha Barbara: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Agatha Barbara (1923-2002) kienet it-tielet President ta' Malta, l-ewwel membru parlamentari mara, l-ewwel ministru mara, l-ewwel aġent-Priministru mara, u l-ewwel u s'issa l-uni...
 
No edit summary
Linja 1:
Agatha Barbara (1923-2002) kienet it-tielet [[President ta' Malta]], l-ewwel membru parlamentari mara, l-ewwel ministru mara, l-ewwel aġent-Priministru mara, u l-ewwel u s'issa l-unika President mara. Imwielda [[Ħaż-Żabbar]] nhar il-11 ta’ Marzu 1923, ħadmet bħala għalliema qabel ma daħlet fil-politika.
 
==Fil-politika==
Fl-1946 bdiet tinvolvi ruħha b’mod attiv fil-politika mal-Partit Laburista dak iż-żmien immexxi minn [[Pawlu Boffa]], u sena wara saret l-ewwel membru parlamentari mara fil-Parlament wara li kkontestat ghall-ewwel darba l-elezzjoni generali tal-1947 f’isem il-Partit Laburista.
 
===Ministru tal-Edukazzjoni===
Bejn l-1955 u l-1958 kif ukoll bejn l-1971 u l-1974 hija serviet bħala Ministru tal-Edukazzjoni fil-Gvern ta' [[Dom Mintoff]]. Malli nghatat din il-kariga fl-1955 hija ghamlitha obbligatorja li t-tfal imorru l-iskola sakemm ikollhom 14-il sena u hadet hsieb il-bini jew it-tkabbir ta’ 44 skola fil-pajjiz. L-idea ta’ skola sa 14-il sena u minghajr hlas dahlet fis-sehh fl-1955, hames xhur biss wara li hija nghatat ir-responsabbiltà tal-Edukazzjoni.
Line 14 ⟶ 16:
 
Hija serviet ukoll bhala Agent Prim Ministru f’diversi okkazjonijiet bejn l-1971 u l-1981.
 
===President ta' Malta===
Nhar is-16 ta’ Frar, 1982 inhatret bhala l-President tar-Repubblika biex kienet it-tielet president tal-pajjiz wara Sir [[Anthony Mamo]] u [[Anton Buttigieg]].
 
Hija mietet fl-4 ta’ Frar, 2002 fl-età ta’ 78 sena.
 
==Monument f'Ħaż-Żabbar==
Il-President [[Edward Fenech Adami]] kixef monument ad unur taghha f'Ħaż-Żabbar fit-23 ta' April, 2006. Dakinhar Fenech Adami qal li Agatha Barbara kienet persuna li halliet il-marka taghha fl-istorja ricenti ta’ pajjizna. Filwaqt li elenka d-diversi kisbiet li ghamlet bhala mara u li permezz taghhom ikkontribwiet biex issir l-istorja, huwa qal li dawn il-fatturi kollha jispjegaw ir-raguni ghalfejn jixirqilha li tinghata gieh ghall-kontribut kbir li tat lill-pajjiz.
Line 24 ⟶ 28:
 
Filwaqt li zied isemmi diversi esperjenzi personali li kienu laqqghuh mill-qrib ma’ Agatha Barbara sa mill-bidu tal-karriera politika tieghu, il-President Fenech Adami rrimarka li l-akbar kuntatt li kellu maghha kien meta kien Kap tal-Oppozizzjoni wara li saret President tar-Repubblika fejn hadmet bis-shih biex issolviet il-krizi kostituzzjonali
 
{{Presidenti ta' Malta}}
 
{{DEFAULTSORT:Barbara, Agatha}}
[[Kategorija:Twieldu fl-1923]]
[[Kategorija:Mietu fl-2002]]
[[Kategorija:Presidenti ta' Malta]]
[[Kategorija:Politiċi Maltin]]
[[Kategorija:Politiċi tal-Partit Laburista (Malta)]]
 
[[bg:Агата Барбара]]
[[de:Agatha Barbara]]
[[en:Agatha Barbara]]
[[fr:Agatha Barbara]]
[[ilo:Agatha Barbara]]
[[it:Agatha Barbara]]
[[ka:აგათა ბარბარა]]
[[pl:Agatha Barbara]]
[[ru:Барбара, Агата]]
[[fi:Agatha Barbara]]
[[sv:Agatha Barbara]]