Knisja Vera ta' Ġesù: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m issortjar
Linja 1:
{{stub|KristjaneżmuReliġjon}}
 
 
Il-'''Knisja Vera ta' Ġesù''' hija denominazzjoni Nisranija indipendenti li nħolqot f'[[Bejġing]], iċ-[[Ċina]], fl-1917. Iċ-ċermen attwali tal-Assemblea Internazzjonali tal-KVĠ huwa l-predikatur Yung-Ji Lin. Illum il-ġurnata hemm bejn wieħed u ieħor 1.5 miljun kredent fi tmienja u erbgħin pajjiż u sitt kontinenti. Il-knisja ħarġet mill-fergħa [[Pentekostaliżmu|Pentekostali]] tal-[[Kristjaneżmu]] li spuntat fil-bidu tas-seklu għoxrin. Il-knisja hija wkoll aderenti mat-teoloġija tal-[[Pentekostaliżmu Appostoliku|Pentekostali Waħdanija]] (id-duttrina tal-Isem ta' Ġesù). Huma kienu wkoll wieħed mit-tliet knejjes indiġeni Ċiniżi li eżistew qabel il-ħakma [[Komuniżmu|Komunista]] fiċ-Ċina fl-1949.<ref>[http://www.giveshare.org/churchhistory/chinahousechurches.html House Churches in China, From The Sabbath Sentinel]</ref> L-għan tal-knisja huwa li tgħallem il-Vanġelu lill-pajjiżi kollha qabel it-[[It-Tieni Miġja|Tieni Miġja]] ta' [[Ġesù]].