Tuberkulożi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Adding: gv:Gorley shymlee
m issortjar
Linja 1:
{{ċaħda medika}}
{{stub|Saħħa}}
 
It-'''tuberkulożi''' (magħrufa u mqassra bħala '''TB''') hija [[marda]] ikkawżata minn infezzjoni tal-[[batterju]] ''[[Mycobacterium tuberculosis]]'', li komunement taffettwa l-[[pulmun]] iżda tista' wkoll taffettwa s-[[sistema nervuża ċentrali]] ([[meninġitè]]), is-[[sistema limfatika]], is-[[sistema ċirkulatorja]], is-[[sistema ġenito-urinarja]], l-[[għadma|għadam]] u l-[[ġog]]i.
 
It-tuberkulożi hija waħda mill-iktar [[marda infettiva|mardiet infettivi]] komuni u qattiela li nsibu llum il-ġurnata u tinfetta madwar żewġ biljun ruħ, jew terz ([http://www.who.int/mediacentre/factsheets/fs104/en WHO TB]) tal-popolazzjoni tad-dinja. Kull sena, jkun hawn madwar 9 miljun każ ġdid li jirriżultaw fil-mewt ta' kważi żewġ miljun ruħ (ħafna minnhom f'[[Pajjiż li qed jiżviluppa|pajjiżi li qed jiżviluppaw]]). Però, [[pajjiżi żviluppati]] m'humiex eżenti mill-piż ta' dil-marda. Hemm numru dejjem jikber ta' nies fil-pajjiżi żviluppati li jinħakmu minn dil-marda minħabba li jkollhom is-[[immunokompromessi|sistema immunitarja kompromessa]], tipikament minħabba [[Droga immunosoppressiva|drogi immunosopressivi]] jew [[HIV/AIDS]]. Dawn huma l-iktar nies f'riskju li jkunu infettati u jimirdu bit-TB.
 
Daqs 90% ta' dawk infettati għandhom infezzjoni latitanti [[asimptomatika]] (LTBI; ''latent TB infection''). Hemm ċans ta' 10% li l-LTBI tipprogressa lejn TB li, jekk ma tiġix ikkurata, toqtol iktar minn 50% ta' dawk infettati. It-TB hija waħda mit-tliet mardiet infettivi l-aktar qerrieda fid-dijna: it-TB toqtol maż-2 miljun ruħ u l-[[malarja]] toqtol madwar miljun ruħ.
 
In-nuqqas ta' programmi ta' kontroll tat-TB, HIV/AIDS u immigrazzjoni ikkawżaw qawmien tat-tuberkulożi. Qed ikun hawn ħafna varjanti tal-batterju tat-TB li huma reżistenti għall-bosta mediċini (MDTB; ''Multiple drug resistant strains of TB'') u (XDR-TB; ''Extreme Drug-Resistance in Tuberculosis''). Fl-1993, il-[[World Health Organization]] iddikjarat it-TB bħala emerġenza globali għas-saħħa u l-i[http://www.stoptb.org Stop TB Partnership] ipproponiet [[Pjan Globali biex Titwaqqaf it-Tuberkulożi]] li huwa mmirat sabiex isalva 14-il miljun ruħ bejn l-2006 u l-2015.
 
{{stub}}
 
[[Kategorija:Mard ikkawżat minn batteri]]