Nelson Mandela: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
iw + cats
Linja 1:
Nelson Mandela kien President tal-[[Afrika t'Isfel]] mill-1994 sal-1999, u kien l-ewwel President Sud Afrikan li tela' f'elezzjoni li fiha setgħu jivvutaw is-suwed. Qabel il-Presidenza, Mandela kien attivista kontra l-apartheid u mexxej tal-fergħa armata tal-ANC. Mandela qatta' 27 sena fil-ħabs, ħafna minnhom fuq Robben Island. Wara li nħeles mill-ħabs fl-1990, Mandela mexxa lill-partit tiegħu fin-negozjati li wasslu għal demokrazija multi-razzjali fl-1994. Fl-Afrika t'Isfel, Mandela huwa magħruf bħala Madiba, titlu onorarju użat għall-anzjani tat-tribù tiegħu.
 
==Oriġini==
Nelson Mandela twieled nhar it-18 ta’ Lulju 1918 f’Umtata, l-Afrika t’Isfel. Missieru kien kap tribali. Hu biss minn ħutu attenda l-iskola. L-ewwel skola li attenda kienet il-Wesleyan Mission School. Attenda l-Università ta' Fort Hare, fejn wara sena spiċċa mkeċċi għax ha sehem fi protesta kontra l-politika tal-università. Spiċċa l-istudji tiegħu bħala avukat f'universita' ġewwa Johannesburg.
 
==L-Apartheid==
L-'''apartheid''' hija kelma bil-lingwa Afrikana, li tirreferi għal sistema ta’ razziżmu u supremazija tal-bojod li kien hemm fl-Afrika t’Isfel sal-1993. Il-Partit Nazzjonali Afrikan għamilha parti mill-politika uffiċjali tiegħu fl-1948. L-apartheid kien jifred il-bojod minn dawk li mhumiex, jiġifieri l-“coloureds” (persuni ta’ razza mħallta), “Ażjatiċi” (ta’ dixxindenza Indjana), u “bantu” (persuni ta’ dixxindenza Afrikana)—u jifred ukoll grupp indiġenu Afrikan minn ieħor. Il-gvern immexxi biss mill-bojod waqqaf il-Bantustans għall-gruppi etniċi Afrikani, billi ta 14% tal-art tal-pajjiż, ħafna minnha ta’ kwalita ħażina għall-popolazzjoni li kienet tifforma 75% tas- Sud Afrikani. F’din l-art biss is-suwed setgħu jeżerċitaw ċerti drittijiet. Din il-politika wasslet għal protesti fil-pajjiż u wkoll internazzjonalment. Fl-1961 l-Afrika t’Isfel ma baqgħetx fil-[[Commonwealth]] minħabba l-apartheid. B’riżultat tas-sanzjonijiet ekonomiċi internazzjonali u l-bidla soċjali fil-pajjiż, ħafna liġijiet tal-apartheid bdew jispiċċaw sakemm fl-1993 ġiet fis-seħħ kostituzzjoni ġdida li tiċħad ir-[[razziżmu]].
 
==ANC - Il-Kungress Nazzjonali Afrikan u Ħabs==
Mandela rnexxielu jsir avukat, u fl-1944 ingħaqad ma’ l-African National Congress (ANC), u għen biex titwaqqaf il-fergħa taż-żgħażagħ ta’ l-organizzazzjoni. Fil-bidu l-protesti kienu jkunu paċifiċi, imma nhar il-5 ta' Diċembru 1956 Mandela flimkien ma' 150 oħra ġew arrestati bl-akkuża ta' tradiment. Fil-bidu tas-sittinijiet Mandela beda jmexxi l-fergħa paramilitari, ''Umkhonto we Sizwe'' (“Il-Lanza tan-Nazzjon”). Nhar il-5 ta' Awissu 1962 ġie arrestat fuq l-akkuża li mexxa xi ħaddiema fi strajk u li ħareġ mill-pajjiż bla permess. Fuq dawn l-akkużi ngħata ħames snin ħabs. Fl-1964, meta kien fil-ħabs tressaq il-qorti flimkien ma’ oħrajn fuq l-involviment tiegħu fl-African National Congress u ħati ta’ sabutaġġ u tradiment. Ingħata sentenza ta' għomor il-ħabs. Matul iż-żmien li qatta' fil-ħabs, Mandela sar simbolu dinji ta’ reżistenza kontra d-dominazzjoni tal-bojod fl-Afrika t’Isfel.
 
==Ħelsien mill-ħabs==
Nhar il-11 ta' Frar 1990 inħeles mill-ħabs wara kampanja mill-African National Congress u pressjoni internazzjonali għall-ħelsien tiegħu. Taħt it-tmexxija ta’ F.W. de Klerk, il-gvern neħħa l-aħħar liġijiet li kienu jiffurmaw il-bażi legali ta’ l-apartheid fl-1992. F’Marzu iktar minn żewġ terzi tal-votanti f’referendum għall-bojod biss qablu mal-policy tiegħu li jinnegozja kostituzzjoni ġdida li tagħti iktar drittijiet politiċi lis-suwed.
 
==[[Premju Nobel għall-Paċi]]==
De Klerk u Mandela ingħataw flimkien il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1993 talli ħadmu biex il-pajjiż isir demokrazija mhux razzjali.
 
==Presidenza==
Wara ħafna taħdidiet bejn mexxejja politiċi bojod u suwed, fl-1994 saru l-ewwel elezzjonijiet tal-pajjiż li fihom setgħu jivvutaw is-suwed. F’Mejju de Klerk ikkonċeda l-presidenza lil Mandela, li rebaħ l-elezzjonijiet. Mandela sar l-ewwel president iswed tal-pajjiż u l-president ta’ qablu de Klerk baqa’ jservi ta’ deputat president tal-gvern sal-1996. Mandela flimkien ma’ l-Isqof [[Desmond Tutu]] ħadmu kemm felħu biex isseħħ ir-rikonċiljazzjoni bejn il-bojod u s-suwed wara snin twal ta’ inġustizzji mas-suwed.
 
==Mandela u l-Isport==
Fl-1995, fl-Afrika t'Isfel ittellgħet it-Tazza tad-Dinja tar-''[[Rugby]]''. Nelson Mandela, li kien għadu kif inħatar President, għaraf li l-isport huwa l-mezz li bih nies minn ambjenti differenti setgħu jsibu xi ħaġa li tgħaqqadhom flimkien, u sfrutta din il-kompetizzjoni biex jistabbilixxi r-''Rainbow Nation'' - in-Nazzjon tal-Qawsalla. L-iSpringboks - it-tim nazzjonali tar-rugby tal-Afrika t'Isfel - qabel l-1995 kienu mibgħuda mis-suwed, għax ir-rugby kien meqjus bħala s-simbolu tal-oppressjoni tal-minoranza bajda li kienet tmexxi l-pajjiż. Mandela għaraf dan, imma flok żarma dan is-simbolu, ħadem biex is-simbolu jsir iktar b'saħħtu, u flok ikun biss tal-bojod isir is-simbolu ta' dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-Afrika t'Isfel, bojod u suwed. Fuq din il-ġrajja nħadem il-film ''Invictus''.
 
{{DEFAULTSORT:Mandela, Nelson}}
[[Kategorija:Nies ħajjin]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1918]]
[[Kategorija:Presidenti tal-Afrika t'Isfel]]
[[Kategorija:Premju Nobel għall-Paċi]]
 
{{Link FA|eu}}
{{Link FA|th}}
 
[[af:Nelson Mandela]]
[[am:ኔልሰን ማንዴላ]]
[[ang:Nelson Mandela]]
[[ar:نيلسون مانديلا]]
[[an:Nelson Mandela]]
[[frp:Nelson Mandela]]
[[ast:Nelson Mandela]]
[[az:Nelson Mandela]]
[[bn:নেলসন ম্যান্ডেলা]]
[[be:Нельсан Мандэла]]
[[be-x-old:Нэльсан Мандэла]]
[[bcl:Nelson Mandela]]
[[bo:ནེལ་སོན་མཱན་ཌེ་ལ།]]
[[bs:Nelson Mandela]]
[[br:Nelson Mandela]]
[[bg:Нелсън Мандела]]
[[ca:Nelson Mandela]]
[[cs:Nelson Mandela]]
[[cy:Nelson Mandela]]
[[da:Nelson Mandela]]
[[de:Nelson Mandela]]
[[et:Nelson Mandela]]
[[el:Νέλσον Μαντέλα]]
[[eml:Nelson Mandela]]
[[en:Nelson Mandela]]
[[es:Nelson Mandela]]
[[eo:Nelson Mandela]]
[[eu:Nelson Mandela]]
[[fa:نلسون ماندلا]]
[[hif:Nelson Mandela]]
[[fo:Nelson Mandela]]
[[fr:Nelson Mandela]]
[[fy:Nelson Mandela]]
[[ga:Nelson Mandela]]
[[gl:Nelson Mandela]]
[[gu:નેલ્સન મંડેલા]]
[[ko:넬슨 만델라]]
[[ha:Nelson Mandela]]
[[hi:नेल्सन मंडेला]]
[[hr:Nelson Mandela]]
[[io:Nelson Mandela]]
[[id:Nelson Mandela]]
[[ie:Nelson Mandela]]
[[xh:Nelson Mandela]]
[[is:Nelson Mandela]]
[[it:Nelson Mandela]]
[[he:נלסון מנדלה]]
[[jv:Nelson Mandela]]
[[kn:ನೆಲ್ಸನ್ ಮಂಡೇಲಾ]]
[[ka:ნელსონ მანდელა]]
[[sw:Nelson Mandela]]
[[ku:Nelson Mandela]]
[[la:Nelson Mandela]]
[[lv:Nelsons Mandela]]
[[lb:Nelson Mandela]]
[[lt:Nelson Mandela]]
[[hu:Nelson Mandela]]
[[mk:Нелсон Мандела]]
[[ml:നെൽ‌സൺ മണ്ടേല]]
[[mr:नेल्सन मंडेला]]
[[arz:نيلسون مانديلا]]
[[ms:Nelson Mandela]]
[[mn:Нелсон Мандела]]
[[nah:Nelson Mandela]]
[[nl:Nelson Mandela]]
[[ne:नेलसन मण्डेला]]
[[ja:ネルソン・マンデラ]]
[[no:Nelson Mandela]]
[[nn:Nelson Mandela]]
[[oc:Nelson Mandela]]
[[uz:Nelson Mandela]]
[[pnb:نیلسن منڈیلا]]
[[pms:Nelson Mandela]]
[[tpi:Nelson Mandela]]
[[nds:Nelson Mandela]]
[[pl:Nelson Mandela]]
[[pt:Nelson Mandela]]
[[ksh:Nelson Mandela]]
[[ro:Nelson Mandela]]
[[qu:Nelson Mandela]]
[[ru:Мандела, Нельсон]]
[[sa:नेल्सन मन्डेला]]
[[sc:Nelson Mandela]]
[[sq:Nelson Mandela]]
[[scn:Nelson Mandela]]
[[simple:Nelson Mandela]]
[[ss:Nelson Mandela]]
[[sk:Nelson Mandela]]
[[sl:Nelson Mandela]]
[[so:Nelson Mandela]]
[[sr:Нелсон Мандела]]
[[sh:Nelson Mandela]]
[[fi:Nelson Mandela]]
[[sv:Nelson Mandela]]
[[tl:Nelson Mandela]]
[[ta:நெல்சன் மண்டேலா]]
[[te:నెల్సన్ మండేలా]]
[[th:เนลสัน มันเดลา]]
[[tr:Nelson Mandela]]
[[uk:Нельсон Мандела]]
[[ur:نیلسن منڈیلا]]
[[ug:نىلسۇن ماندىلا]]
[[vec:Nelson Mandela]]
[[vi:Nelson Mandela]]
[[fiu-vro:Mandela Nelson]]
[[war:Nelson Mandela]]
[[wuu:纳尔逊·曼德拉]]
[[ts:Nelson Mandela]]
[[yi:נעלסאן מאנדעלע]]
[[yo:Nelson Mandela]]
[[zh-yue:曼德拉]]
[[bat-smg:Nelsons Mandela]]
[[zh:纳尔逊·曼德拉]]