Tereża ta' Lisieux: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
iw + cats
Linja 1:
{{wikifikazzjoni}}
'''Santa Tereża ta’ Lisieux''' jew kif inhi magħrufa Santa Tereżina (biex niddistingwuha minn Santa [[Tereża ta’ Avila]]), soru Karmelitana Franċiża, imsejħa ''Il-Fjura Żgħira ta’ Ġesù'', saret waħda mill-qaddisin l-iktar maħbubin fost l-Insara.
 
==Tfulija==
Bint Louis Martin, arluġġar, u Zelie Guerin, Tereża twieldet f’Alencon, Franza, fl-1873, bl-isem ta’ Thérèse Martin, u minn età żgħira kienet tifla qaddisa. Kienet l-iżgħar fost disa’ aħwa, erbgħa minnhom mietu żgħar, il-ħamsa l-oħra li kienu bniet, waħda wara l-oħra, daħlu sorijiet, tlieta minnhom, fosthom Tereża, mal-Karmelitani.
 
Ommha Zelie mietet meta t-tifla kellha 4 snin, u qabel mietet kienet qalet lil żewġha li kien ikun aħjar li jafda lil uliedhom f’idejn il-mara ta’ ħuha, li kienet taqgħod Lisieux. U missier Therese, Louis, malli sab ruħu bil-piż tal-familja fuq spallejh, trasferixxa l-familja fil-belt ta’ Lisieux, qrib il-familja Guerin, fejn Therese għexet il-bqija ta’ ħajjitha. Meta wasal iż-żmien li Tħerese tibda tmur l-iskola, missierha ħaseb biex jiktibha fil-Kulleġġ immexxi mis-Sorijiet Benedittini, fejn diġà kienu jmorru ħutha l-bniet Leone u Celine. Therese ħaditha hekk bi kbira t-telfa ta’ oħtha Pauline li daħlet soru mat-Tereżjani, illi lejn l-aħħar tas-sena 1882, meta kienet se tagħlaq 10 snin, waqgħet f’marda li ħallietha bla saħħa, tant li ħasbuha se tmut.
 
==Soru==
Ta’ 15-il sena daħlet il-kunvent Karmelitan ta’ Lisieux. Fl-1893 intgħażlet tieħu ħsieb in-novizzi tal-kunvent, fejn baqgħet għall-bqija ta’ ħajjitha.
Tereża għażlet li tgħix it-“triq iż-żgħira”, programm ta’ ħajja u ta’ mħabba lejn Alla sempliċi u fl-istess ħin profond. Fittxet il-qdusija fl-azzjonijiet żgħar u fil-ħidmiet umli. It-tjubija tagħha kienet hekk kbira li s-superjuri tagħha ordnawlha tikteb il-ħajja tagħha (awtobijografija). Storja ta’ Ruħ (1898) sar wieħed mill-iktar bijografiji spiritwali li jinqraw.
 
==Mard u Mewtmewt==
Nhar il-Ġimgħa l-Kbira tal-1896 Tereża sogħlot id-demm għall-ewwel darba. Kienet marida bit-tuberkolożi. Dak il-lejl stess inħakmet mill-“lejl mudlam” iżda hi “baqgħet żgħira” u Alla kien jerfagħha “minn mument għall-ieħor”. Oħtha Pauline kienet tinkedd taraha ssofri minn deni qawwi, vomitar ta’ demm u tbatija biex tieħu n-nifs. Tereża daret fuqha u qaltilha, “Toqgħodx tinkwieta… jekk ma nistax nieħu nifs, Alla jagħtini s-saħħa biex nissaporti. Jiena nħobbu! Hu qatt mhu se jitlaqni.” Tmien ġimgħat wara mietet bl-istess fiduċja, “Alla qatt mhu se jitlaqni, jiena ċerta…” qalet dakinhar li mietet. Ħalliet din l-art nhar it-30 ta’ Settembru 1897. Kien għad kellha biss 24 sena.
 
==Wara mewtha==
Il-bosta mirakli li jingħad li saru bl-interċessjoni tagħha wettqu l-wegħda tagħha li, “Wara mewti, inħalli taqa’ xita ta’ ward.” Meta kienet żgħira Tereża xtaqet tmut martri bħal Joan of Arc. Din ta’ l-aħħar ġiet iddikjarata qaddisa fl-1920, f’ċerimonja modesta fil-Vatikan. Meta Tereża ġiet dikjarata qaddisa ħames snin wara (1925), il-bażilika ta’ San Pietru iddawlet bil-fjakkoli, ċerimonja antika li tqajmet mill-ġdid għaliha b’miljun ruħ jimlew il-qċaċet ta’ Ruma biex jaraw il-Koppla l-Kbira mdawla għal Santa Tereżina.
 
==Patruna u Duttur tal-Knisja==
Santa Tereża hija l-qaddisa patruna tal-missjunarji u l-avjaturi, u —flimkien ma’ Santa Ġovanna t’Arc — hija l-qaddisa patruna ta’ Franza. Fl-1997 il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjaraha Duttur tal-Knisja. Il-Papa ħabbar dan quddiem miljun żagħżugħ miġburin f’Pariġi għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Awissu 1997 fejn qal: “Xtaqt li nħabbar solennement dan l-avveniment hawnhekk għax il-messaġġ ta’ Santa Tereża, mara żagħżugħa qaddisa hekk attwali għal żmienna, hija ta’ interess partikulari għalikom, iż-żgħażagħ.
 
[[Kategorija:Twieldu fl-1873]]
[[Kategorija:Mietu fl-1897]]
[[Kategorija:Dutturi tal-Knisja]]
[[Kategorija:Teologi Kristjani]]
[[Kategorija:Sorijiet Karmelitani]]
 
{{Link FA|fr}}
 
[[ca:Teresa de Lisieux]]
[[cs:Terezie z Lisieux]]
[[da:Thérèse af Lisieux]]
[[de:Therese von Lisieux]]
[[en:Thérèse of Lisieux]]
[[es:Teresa de Lisieux]]
[[eo:Terezo el Lisieux]]
[[eu:Teresa Lisieuxekoa]]
[[fr:Thérèse de Lisieux]]
[[ga:Naomh Thérèse de Lisieux]]
[[hr:Sveta Mala Terezija]]
[[id:Thérèse dari Lisieux]]
[[it:Teresa di Lisieux]]
[[jv:Therese saking Lisieux]]
[[sw:Teresa wa Mtoto Yesu]]
[[la:Teresia Lexoviensis]]
[[lb:Thérèse vu Lisieux]]
[[lt:Šv. Kūdikėlio Jėzaus Teresė]]
[[li:Theresia van Lisieux]]
[[hu:Lisieux-i Szent Teréz]]
[[ml:കൊച്ചുത്രേസ്യ]]
[[arz:القديسه تيريزا]]
[[nl:Theresia van Lisieux]]
[[ja:リジューのテレーズ]]
[[pl:Teresa z Lisieux]]
[[pt:Teresa de Lisieux]]
[[ro:Tereza de Lisieux]]
[[ru:Тереза из Лизье]]
[[sq:Shën Terezja e Lisjës]]
[[simple:Therese of Liseaux]]
[[sk:Terézia z Lisieux]]
[[fi:Pyhä Thérèse]]
[[sv:Thérèse av Jesusbarnet]]
[[tl:Teresa ng Lisieux]]
[[vi:Têrêsa thành Lisieux]]