Tereża ta' Lisieux: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Santa Tereża ta’ Lisieux jew kif inhi magħrufa Santa Tereżina (biex niddistingwuha minn Santa Tereża t’Avila), soru Karmelitana Franċiża, imsejħa Il-Fjura Żgħira ta’ Ġ...
 
No edit summary
Linja 1:
Santa Tereża ta’ Lisieux jew kif inhi magħrufa Santa Tereżina (biex niddistingwuha minn Santa [[Tereża t’Avilata’ Avila]]), soru Karmelitana Franċiża, imsejħa ''Il-Fjura Żgħira ta’ Ġesu`Ġesù'', saret waħda mill-qaddisin l-iktar maħbubin fost l-Insara.
==Tfulija==
Bint Louis Martin, arluġġar, u Zelie Guerin, Tereża twieldet f’Alencon, Franza, fl-1873, bl-isem ta’ Thérèse Martin, u minn età żgħira kienet tifla qaddisa. Kienet l-iżgħar fost disa’ aħwa, erbgħa minnhom mietu żgħar, il-ħamsa l-oħra li kienu bniet, waħda wara l-oħra, daħlu sorijiet, tlieta minnhom, fosthom Tereża, mal-Karmelitani.

Ommha Zelie mietet meta t-tifla kellha 4 snin, u qabel mietet kienet qalet lil żewġha li kien ikun aħjar li jafda lil uliedhom f’idejn il-mara ta’ ħuha, li kienet taqgħod Lisieux. U missier Therese, Louis, malli sab ruħu bil-piż tal-familja fuq spallejh, trasferixxa l-familja fil-belt ta’ Lisieux, qrib il-familja Guerin, fejn Therese għexet il-bqija ta’ ħajjitha. Meta wasal iż-żmien li Tħerese tibda tmur l-iskola, missierha ħaseb biex jiktibha fil-Kulleġġ immexxi mis-Sorijiet Benedittini, fejn diġà kienu jmorru ħutha l-bniet Leone u Celine. Therese ħaditha hekk bi kbira t-telfa ta’ oħtha Pauline li daħlet soru mat-Tereżjani, illi lejn l-aħħar tas-sena 1882, meta kienet se tagħlaq 10 snin, waqgħet f’marda li ħallietha bla saħħa, tant li ħasbuha se tmut.
==Soru==
Ta’ 15-il sena daħlet il-kunvent Karmelitan ta’ Lisieux. Fl-1893 intgħażlet tieħu ħsieb in-novizzi tal-kunvent, fejn baqgħet għall-bqija ta’ ħajjitha.
Line 9 ⟶ 11:
==Wara mewtha==
Il-bosta mirakli li jingħad li saru bl-interċessjoni tagħha wettqu l-wegħda tagħha li, “Wara mewti, inħalli taqa’ xita ta’ ward.” Meta kienet żgħira Tereża xtaqet tmut martri bħal Joan of Arc. Din ta’ l-aħħar ġiet iddikjarata qaddisa fl-1920, f’ċerimonja modesta fil-Vatikan. Meta Tereża ġiet dikjarata qaddisa ħames snin wara (1925), il-bażilika ta’ San Pietru iddawlet bil-fjakkoli, ċerimonja antika li tqajmet mill-ġdid għaliha b’miljun ruħ jimlew il-qċaċet ta’ Ruma biex jaraw il-Koppla l-Kbira mdawla għal Santa Tereżina.
===Patruna u Duttur tal-Knisja==
Santa Tereża hija l-qaddisa patruna tal-missjunarji u l-avjaturi, u—flimkienu —flimkien ma’ Santa Ġovanna t’Arc—hijat’Arc — hija l-qaddisa patruna ta’ Franza. Fl-1997 il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjaraha Duttur tal-Knisja. Il-Papa ħabbar dan quddiem miljun żagħżugħ miġburin f’Pariġi għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Awissu 1997 fejn qal: “Xtaqt li nħabbar solennement dan l-avveniment hawnhekk għax il-messaġġ ta’ Santa Tereża, mara żagħżugħa qaddisa hekk attwali għal żmienna, hija ta’ interess partikulari għalikom, iż-żgħażagħ.”