Patri Piju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 4:
Francesco (iktar tard Patri Piju) twieled fi Pietrelcina, raħal fil-provinċja ta’ Benevento fl-Italja, nhar il-25 ta’ Mejju 1887, minn Grazio Forgione u Giuseppina f’dar ċkejkna u fqira fil-kampanja. Missieru kien bidwi, bniedem bla skola iżda għaref. Semmewh Franġisku u kien ir-raba’ tifel minn seba’ ulied, li tnejn minnhom mietu trabi. F’dawk is-snin, ix-xogħol kien naqas ħafna u Grazio beda jsibha bi tqila biex jaqla’ l-għixien għall-familja tiegħu. Huwa emigra darbtejn, l-ewwel darba meta Franġisku (Piju) kien għadu tifel ċkejken, kien mar l-Amerka t’isfel iżda kienet ġietu ħażina. It-tieni darba, ftit qabel ma’ Piju sar saċerdot, Grazio għamel kemxa ġmielha u meta ġie lura xtara żewġ għelieqi providenzjali għal Patri Piju li seta’ jitbiegħed mill-familjari tiegħu u hemm jinġabar fit-talb.
 
Il-vojt ta’ missieru fi tfulitu mlietu wisq tajjeb ommu li kienet tgħożżu b’imħabba kbira. Ta’ ħames snin, Franġisku wiegħed lilu nnifsu lill-qaddis patrun ta’ ismu, San Franġisk t’Assisi. Wara dan jingħad li kien ġa beda jkollu l-viżjonijiet. Kien jara lill-Madonna u jitkellem magħha u kien ukoll jara x-xitan taħt xbihat ta’ bnedmin kif ukoll ta’ annimali mill-aktar koroh. Ta’ tifel li kien, hu kien jaħseb li kulħadd kien ikollu minn dawn l-affarijiet. Meta kellu disa’ snin, Franġisku jingħad li assista għall-ewwel miraklu tiegħu. Kien ma’ missieru fis-Santwarju ta’ San Pellegrino meta resqet mara b’tifel marid f’dirgħajha, tgħajjat donnha teħodha ma’ San Pellegrino għax ma kienx fejqilha lil binha. Fit-telfa li kienet, telqet lit-tifel fuq l-altar filwaqt li qaltlu: “Kollox sew. Jekk ma tridx tfejqu, allura ħudu int.” GĦal dik ix-xena, kulħadd tbikkem. Franġisku talab għat-tifel b’ħeġġa kbira, b’għajnejh fissi fuqu. F’daqqa waħda it-tifel għolla jdejh, qam fuq riġlejh u għajjat “mamma”. Kulħadd infexx jgħajjat “miraklu”. It-tifel kien fieq għal kollox.
 
==Patri Kapuċċin==
Dik il-ħabta fi Pietrelcina kien jidher ta’ spiss wieħed ajk kapuċċin jismu Fra Kamillu. Dan kellu leħja sewda twila u folta u bil-manjieri ħelwin li kellu, kien jiġbed lejh lil kulħadd, żgħar u kbar. Franġisku kien inġibed ħafna lejh, l-aktar minħabba l-baffi li kellu, u xtaq isir bħalu. Kienu l-baffi l-ewwel ħaġa li ġibditu lejn il-Kapuċċini! Ta’ sittax –il sena beda n-novizzjat tiegħu f’Morcone u ħa l-isem ta’ Fra Piju. Sa mill-ewwel ġranet tiegħu fil-kunvent huwa sar il-mimmi ta’ għajnejn il-patrijiet kapuċċini l-oħra. Il-Majjistru tiegħu Patri Tommaso qal fuqu: “Kien dejjem novizz eżemplari, puntwali u eżatt f’kollox.” Kien jagħmel penitenzi anki waqt l-ikel – fost l-oħrajn, kien jitlob permess biex jgħaddi l-ikel lill-patri ta’ ħdejh. Kien jitlob ħafna u fit-tul, u ta’ spiss kien jitlob permess biex ma jinżilx għar-rikreazzjoni ħalli jkun jista’ jkompli jitlob. L-unika ħaġa li kienet tinkwieta lill-patrijiet sħabu kienet saħħtu. Fra Piju kien sar magħlub wisq u kien spiss jaqbdu deni qawwi. Dan kien deni li t-tobba ma setgħux jispjegaw. Xi drabi t-termometru kien jinkiser bil-qawwa tad-deni. Minħabba f’hekk kien jintbagħat għal xi jiem id-dar, b’permess speċjali tas-superjuri, għall-arja tajba ta’ Pietrelcina biex ikun jista’ jirpilja.
 
Nhar it-22 ta’ Jannar 1904 huwa għamel l-ewwel professjoni tiegħu. GĦatGħat-tliet snin ta’ wara huwa qagħad fil-Kunvent ta’ San Elia a Pianisi f’Campobasso u f’għeluq it-tielet sena għamel il-professjoni solenni. Wara li l-mard reġa’ bagħtu fi Pietrelcina, Piju kompla jistudja t-teoloġija mgħejjun mill-arċipriet ta’ raħal twelidu, Mons. Pannullo. Matul dawn is-snin ta’ studju jingħad li Piju kellu attakki kontinwi u ħorox ħafna mix-xitan li xi drabi kienu jħallulu anke sinjali esterni bħal tbenġil, nefħ u sinjali ta’ daqqiet fuq wiċċu. Iżda jingħad li kien ikollu wkoll viżjonijiet ta’ konsolazzjoni mill-Mulejminn Ġesù.
 
==Saċerdot==
Linja 15:
 
==Il-Pjagi==
Ftit inqas minn xahar wara li sar saċerdot, bdew jidhru fil-pali ta’ idejh bħal “dbabar ħomor” li kienu jweġġgħu ħafna iżda li wara xi ġurnata jew tnejn kienu jgħibu għal kollox. Piju kien pront tkellem ma’ l-arċipriet Pannullo li kien sar it-tieni missier tiegħu. It-tnejn flimkien kienu talbu bil-ħerqa lill-Mulejlil Alla, biex jekk jista’ jkun, ineħħilu dawk is-sinjali u jħallilu biss l-uġigħ. U għal dik id-darba l-Mulej sema’ t-talbahekk tagħhomġara. Ħames snin wara, nhar l-20 ta’ Settembru 1915, waqt li fil-knisja ta’ Pietrelcina kienet qiegħda ssir il-Festa tal-Pjagi ta’ San Franġisk, Piju kien mitluf fit-talb f’ “għarix” li kien għamel hu stess f’għalqa tal-familja tiegħu. Darba ommu ratu ħiereġ mill-għarix iferfer kemm jiflaħ idejh bħal meta wieħed ikun mess xi ħaġa taħraq. Bil-ħlewwa kolha, ommu qaltlu biċ-ċajt jekk kienx qiegħed idoqq il-kitarra, imma hu weġibha biss li kellu idejh juġgħuh. Nafu b’dan biss minn ittra li huwa bagħat lid-direttur tiegħu Patri Agostino, xahar wara.
 
==Bil-lieva==
Linja 26:
{{kwota|… Kien filgħodu ta’ l-20 tax-xahar (Settembru 1918) li għadda. Kont qiegħed fil-Kor wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, meta ħassejtni qisni meħud għal għarrieda minn nagħsa ħelwa. Is-sensi kollha, interni u esterni, flimkien mal-fakultajiet tar-ruħ, sabu ruħhom f’ħemda li ma titfissirx. Matul dan kollu, kien hemm skiet perfett madwari. F’daqqa waħda ħassejt fija paċi u telqa sħiħa… Dan kollu ġara f’teptipa t’għajn jew f’leħħa ta’ berqa u waqt li kien qed isir dan kollu, rajt quddiemi Personaġġ Misterjuż… Il-ħarsa tiegħu werwritni. Dak li ħassejt f’dak il-ħin ma nistax ngħidlek. Ħassejtni qed immut għax ħassejt qalbi trid toħroġ minn sidri. Id-dehra tal-Personaġġ għebet… u jien sibt ruħi b’idejja, riġlejja u l-kustat imniffda u bid-demm ħiereġ minnhom. Tista’ timmaġina l-uġigħ li ħassejt dak il-ħin u li għadni nħoss kontinwament kważi kuljum. Il-ferita tal-qalb tnixxi demm bla waqfien, l-aktar mill-Ħamis filgħaxija sas-Sibt.}}22.10.1918
 
Hekk kiteb f’ittra Patri Piju lid-direttur spiritwali tiegħu li obbligah jagħmel dan. Dakinhar, fil-jum tal-Ġimgħa, Piju kien waħdu fil-Kunvent għax il-patrijiet l-oħra kellhom xi qadjiet. Waqt li kien qiegħed għarkubbtejh quddiem il-Kurċifiss, jingħad li Ġesu Msallab (il-Personaġġ Misterjuż) ħa l-ħajja u minnu ħarġu ħames vleġeġ li ppenetraw il-ġisem tiegħu. Piju bilkemm kellu s-saħħa jqum mill-art u jasal saċ-ċella biex ikun jista’ jbiddel ħwejġu u jnaddafhom mid-demm biex ma jindunawx b’dak li kien ġralu. Din id-darba l-Mulej ma neħħielux is-sinjali. Jingħad li Patri Piju kellubaqa' jdumb'dawk bilil-pjagi sa lsal-aħħar jum ta’ ħajtu.
 
L-aħbar ta’ patri bil-pjagi xterdet ma’ San Giovanni Rotondo u kważi ma’ l-Italja kollha. Is-superjuri reliġjużi nfixlu f’dik is-sitwazzjoni delikata. Il-Ministru Ġenerali tal-Kapuċċini ddeċieda li ma jitħallewx nies ikellmu lil Patri Piju u billi n-nies iktar bdew jersqu lejn il-kunvent, dan issakkar u ma kien jitħalla ħadd jidħol mingħajr il-permess tas-superjur.
Linja 40:
{{kwota|Naħseb li mhemmx għalfejn intennilek kemm ninsab lest li nobdi kwalunkwe ordni li nirċievi mingħand is-superjuri. Il-kelma tagħhom hija għalija l-Kelma ta’ Alla li lejH irrid inżomm sħiħ it-twemmin tiegħi sal-mewt u bil-għajnuna tiegħu rrid nobdi kwalunkwe kmand, ikun kemm ikun tqil u ta’ tbatija għall-miżerja tiegħu.”}}(23.08.1923)
 
Il-persekuzzjoni kontra Patri Piju laħqet il-quċċata tagħha meta b’digriet ieħor tas-Sant’Uffizzju fl-1931, Piju kien sospiż ''a divinis'' u mġiegħel jinqata’ anki mill-istess ħutu patrijiet u jkun segregat, iżolat fil-Kunvent mingħajr ma jista’ jkellem lil ħadd, fi kliem ieħor sar priġunier fil-kunvent.
 
Iżda ħafna ħbieb ta’ Patri Piju ħadmu kemm felħu biex iwaqqfu din il-"priġunerija inġusta frott ta’ akkużi foloz". Żewġ isqfijiet kapuċċini, Longhini u Cuccarollo ppreżentaw dossier lill-Papa Piju XI li studjah bir-reqqa. F’Lulju 1933, is-Sant’Uffizzju reġġa’ lura d-deċiżjonijiet tiegħu. Meta l-Provinċjal għarraf b’dan lil Piju, il-patrijiet sħabu tal-kunvent infexxew f’ċapċip kbir u Piju bid-dmugħ f’għajnejh, bieslu idejh u talbu jirringrazzja lill-Papa f’ismu.
 
==Fama Internazzjonali==
Il-fama ta’ Patri Piju xterdet ’il barra mill-Italja. Kienu jmorru jżuruh pellegrini mhux mill-pajjiżi Ewropej, fosthom Maltin, iżda wkoll ħafna Amerikani u Sudamerikani. Eluf ta’ ittri kienu qegħdin jaslulu fil-kunvent minn madwar id-dinja kollha, x’uħud anke miċ-Ċina u mil-Lvant Imbiegħed. Fost l-ittri li rċieva, darba rċieva waħda, fl-1962, mingħand il-Kardinal Pollakk Karol Woytla (iktar tard il-Papa [[Ġwanni Pawlu II]]), li talbu jitlob għal waħda omm żagħżugħa Pollakka li kienet kważi fl-aħħar għax kellha tumur fi griżmejha. GĦaddew ftit ġranet u l-Kardinal reġa’ kitiblu biex jirringrazzjah għax il-mara kienet qalgħet il-grazzja.
 
Minkejja l-popolarità kbira tiegħu, ħajtu fil-kunvent baqgħet dejjem l-istess. Kien jitlob għal kulħadd u bla waqfien. Kien iqaddes tal-ħamsa ta’ filgħodu. GĦall-quddiesa tiegħu, in-nies ġieli għamlu lejl sħiħ wara l-bieb tal-knisja biex malli tiftaħ, jintasbu fl-ewwel postijiet. Nistgħu ngħidu li ħajtu bħala saċerdot kienet talb, quddiesa u qrar. Kien iqatta’ sigħat twal fil-konfessjonarju u kien jixtieq li “l-ġurnata fiha 48 siegħa flok 24” biex ikun jista’ jqarar iżjed!. Fil-festi jingħad li ġieli għamel 18-il siegħa jqarar. Eluf kbar jingħad li sabu lil Alla mill-ġdid permezz ta’ Patri Piju. Kienu jqerru għandu isqfijiet, kardinali, politiċi, artisti u minn kull xorta ta’ nies.
 
==Jibni sptar: Casa Sollievo della Sofferenza==
Fl-1925 Patri Piju kien ibati l-aktar meta jara lil ħutu l-bnedmin ibatu. Fl-1925 irranġarranġa bini li qabel kien iservi ta’ monasteru u għamel sptar żgħir li semmieh għal San Franġisk. Iżda fl-1956 għamel l-opra kolossali tiegħu meta bil-flus ta’ ħafna benefatturi fetaħ wieħed mill-aktar sptarijiet moderni anke sal-ġurnata tal-lum, “Casa Sollievo della Sofferenza” – Dar għas-Serħan mit-Tbatija. Iżda dan l-isptar għalkemm ġab serħan lil ħafna pazjenti reġa’ ġab sofferenza kbira għal Patri Piju li kienet tixbah lil dik li għadda minnha għoxrin sena qabel, meta waqqfuh milli jqaddes. Issa Patri Piju kien bniedem anzjan u batut fiżikament.
 
Waqt li kien qed jinbena l-isptar mhux kollox kien miexi dritt fl-amministrazzjoni, mhux tort ta’ Patri Piju li kien ħalla f’idejn ħaddieħor it-tmexxija ta’ l-isptar. Fl-1952, il-Ġeneral tal-Kapuċċini fuq struzzjoni mis-Sant’Uffizzju wissa lir-reliġjużi tiegħu biex ma jorganizzawx pellegrinaġġi għal San Giovanni Rotondo. Fl-1960, il-Papa bagħat lil Mons. Carlo Maccari biex jinvestiga l-ħafna xnigħat li kienu qegħdin isiru fuq Patri Piju, anke li kien qiegħed ikollu relazzjonijiet ma’ xi nisa. Patri Piju ġie miżmum milli jiċċelebra ż-żwiġijiet u l-magħmudijiet u ma jdumx iktar minn nofs siegħa fil-quddiesa. Saħansitra kienu tpoġġew xi mikrofoni fiċ-ċella u fil-konfessjonarju tiegħu. Patri Piju kien ħadha bi kbira wisq din il-ħaġa skandaluża għax qatt ma stenna li ssir din il-ħaġa min-nies tal-Knisja. Kien fl-1964, erba’ snin qabel mewtu li l-[[Papa Pawlu VI]] temm din it-tieni persekuzzjoni tas-Sant’Uffizzju.
 
==Mewt u iktar misteri==
Patri Piju miet nhar it-23 ta’ Settembru 1968 fis-2.30 a.m. Il-ġurnata ta’ qabel kien qaddes bħas-soltu għalkemm fl-aħħar ta’ dik il-quddiesa kien se jaqa’ ma’ l-art kieku mhux għax żammewh il-patrijiet li kienu qegħdin jassistuh. It-tabib kuranti ta’ Padre Piju, Dr Giuseppe Sala, meta ċċertifikah mejjet, ħalla miktub: “GĦaxar“Għaxar minuti wara l-mewt, l-idejn, il-kustat u r-riġlejn ta’ Padre Piju… u kull parti oħra tal-ġisem, la kienu juru marki ta’ feriti, la ċikatriċi fl-idejn u fir-riġlejn, la fil-wiċċ u lanqas fil-qiegħ tagħhom u lanqas fil-kustat fejn qabel kellu feriti li kienu jidhru tajjeb”. Sala iddikjara wkoll li dan il-fatt “huwa għal kollox barrani minn kull tip ta’ komportament kliniku”.
 
Patri Piju ndifen fil-Kripta tas-Santwarju ta’ San Giovanni Rotondo. Nhar it-23 ta’ Mejju 1987, il-Papa [[Ġwanni Pawlu II]], li meta kien għadu student f’Ruma kien iltaqa’ u tkellem ma’ Patri Piju, mar iżur il-qabar tiegħu u talab fit-tul fuqu. Tnax –il sena wara kien dan l-istess Papa li ddikjarah beatu, nhar it-2 ta’ Mejju 1999. Nhar is-16 ta' Ġunju 2002 l-istess Papa ddikjarah qaddis. Il-Knisja tagħmel it-tifkira ta' San Piju ta’ Pietrelcina nhar it-23 ta’ Settembru.
 
{{DEFAULTSORT:Piju}}