Patri Piju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: San Piju ta' Pietrelcina, magħruf l-iktar bħala Patri Piju jew Padre Pio, kien patri Franġiskan Kapuċċin Taljan, magħruf l-iktar għall-pjagi li kellu f'ġismu u l-mirakli li ji...
 
No edit summary
Linja 1:
San Piju ta' Pietrelcina, imwieled Francesco Forgione, magħruf l-iktar bħala Patri Piju jew Padre Pio, kien patri Franġiskan Kapuċċin Taljan, magħruf l-iktar għall-pjagi li kellu f'ġismu u l-mirakli li jingħad li wettaq f'ħajtu u wara mewtu.
==Tfulija==
Francesco (iktar tard Patri Piju) twieled fi Pietrelcina, raħal fil-provinċja ta’ Benevento fl-Italja, nhar il-25 ta’ Mejju 1887, minn Grazio Forgione u Giuseppina f’dar ċkejkna u fqira fil-kampanja. Missieru kien bidwi, bniedem bla skola iżda fl-istess ħin mimli bil-għerf u mogħni b’għaqal kbirgħaref. Semmewh Franġisku u kien ir-raba’ tifel minn seba’ ulied, li tnejn minnhom mietu trabi. F’dawk is-snin, ix-xogħol kien naqas ħafna u Grazio beda jsibha bi tqila biex jaqla’ l-għixien għall-familja tiegħu. Huwa emigra darbtejn, l-ewwel darba meta Franġisku (Piju) kien għadu tifel ċkejken, kien mar l-Amerka t’isfel iżda kienet ġietu ħażina. It-tieni darba, ftit qabel ma’ Piju sar saċerdot, Grazio għamel kemxa ġmielha u meta ġie lura xtara żewġ għelieqi providenzjali għal Patri Piju li seta’ jitbiegħed mill-familjari tiegħu u hemm jinġabar fit-talb.
 
Il-vojt ta’ missieru fi tfulitu mlietu wisq tajjeb ommu li kienet tgħożżu b’imħabba kbira. Ta’ ħames snin, Franġisku wiegħed lilu nnifsu lill-qaddis patrun ta’ ismu, San Franġisk t’Assisi. Wara dan kien ġa beda jkollu l-viżjonijiet. Kien jara lill-Madonna u jitkellem magħha u kien ukoll jara x-xitan taħt xbihat ta’ bnedmin kif ukoll ta’ annimali mill-aktar koroh. Ta’ tifel li kien, hu kien jaħseb li kulħadd kien ikollu minn dawn l-affarijiet. Meta kellu disa’ snin, Franġisku assista għall-ewwel miraklu tiegħu. Kien ma’ missieru fis-Santwarju ta’ San Pellegrino meta resqet mara b’tifel marid f’dirgħajha, tgħajjat donnha teħodha ma’ San Pellegrino għax ma kienx fejqilha lil binha. Fit-telfa li kienet, telqet lit-tifel fuq l-altar filwaqt li qaltlu: “Kollox sew. Jekk ma tridx tfejqu, allura ħudu int.” GĦal dik ix-xena, kulħadd tbikkem. Franġisku talab għat-tifel b’ħeġġa kbira, b’għajnejh fissi fuqu. F’daqqa waħda it-tifel għolla jdejh, qam fuq riġlejh u għajjat “mamma”. Kulħadd infexx jgħajjat “miraklu”. It-tifel kien fieq għal kollox.