Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Emerson Ferreira da Rosa"

m
robot Modifying: he:אמרסון (כדורגלן); kosmetiċi bidliet
m (robot Modifying: he:אמרסון (כדורגלן); kosmetiċi bidliet)
|aġġornament = 17:43, 3 Ġunju 2010 (UTC)
}}
'''Emerson Ferreira da Rosa''' ([[Pelotas]], [[4 ta' April]] [[1976]]), magħruf sempliċiment bħala '''Emerson''', hu plejer tal-[[futbol]] [[Brażil|Brażiljan]]jan. Il-laqam tiegħu huwa ''"Il-Puma"'' minħabba l-movimenti felini li għandu fin-nofs tal-grawnd.
 
== Karriera ==
 
Wara li beda l-avventura Ewropea mat-tim Ġermaniż ta' [[Bayer 04 Leverkusen|Bayer Leverkusen]], Emerson ingħaqad ma' [[AS Roma]] fejn rebaħ il-kampjonat u kif ukoll is-[[Supertazza Taljana]] fl-2001. Il-prestazzjonijiet impressjonanti għal Roma fl-[[Kampjonat tal-futbol Taljan 2003-04|istaġun 2003–04]], wasslu għal klabbs bħal [[Juventus FC|Juventus]] kif ukoll [[Real Madrid CF|Real Madrid]] biex jinteressaw irwieħhom fil-plejer biex jakkwistawh matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Wara saga twila fuq il-futur tiegħu, Roma xtaqu li jbiegħhuh lil Real Madrid minflok lir-rivali Juventus però Emerson xtaq li jmur ma' Juventus, fejn mexa mal-passi tal-kowċ [[Fabio Capello]] biex ingħaqad ma' Juventus għal somma ta' madwar 15-il miljun [[Ewro]]. Wara żewġ staġuni mat-tim minn Turin, hu ttrasferixxa ma' Real Madrid għal darb'oħra flimkien ma' Capello. Madankollu, minħabba r-relazzjoni xejn tajba li kellu ma' Capello flimkien ma' prestazzjonijiet xejn konvinċenti, Emerson wera x-xewqa li jirritorna lura lejn Juventus f'Jannar tal-2007 anke jekk kien jaf li b'konsegwenza t'hekk kien se jinżel is-salarju. Però, sa Mejju, il-prestazzjonijiet mat-tim Madrilen tjiebu, u flimkien mar-riżultati tajbin li kien qed jikseb it-tim, nhar it-12 ta' Mejju 2007 hu ddikjara l-intenzjoni li jibqa' ma' Real. Imma, f'konverżazzjoni fuq il-programm tar-radju "El Larguero", il-president ta' Real Madrid [[Ramon Calderon]], qal li Emerson jista' jħalli lil Real Madrid dak is-sajf flimkien mal-attakant Taljan [[Antonio Cassano]] minħabba problemi tekniċi.
Wara li fis-26 ta' Lulju, 2009, iddeċieda li jissieħeb ma' [[Santos FC|Santos]], tliet xhur wara, eżattament fis-16 ta' Ottubru, hu ddeċieda li jtemm il-kuntratt tiegħu minħabba uġigħ persistenti.
 
== Internazzjonali ==
 
Emerson kien rimpjazzament għal [[Romário]] fit-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1998|Tazza tad-Dinja 1998]]. Hu kien se jkun il-kaptan tat-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil|tim Brażiljan]] fit-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002|Tazza tad-Dinja 2002]], però Emerson sofra minn uġigħ fi spallejh biex ħalla l-post tal-kap tat-tim għal [[Cafu]]; it-tim Sud-Amerikan irnexxielu jirbaħ l-edizzjoni tal-2002.
 
== Referenzi ==
{{referenzi}}
 
== Ħoloq esterni ==
 
* [http://www.sambafoot.com/en/players/422_Emerson.html Informazzjoni fuq Emerson] fuq sambfoot.com
* [http://www.acmilan.com/LM_Actor.aspx?idSquadra=3&idStagione=15&idPersona=132&name=Emerson Profil] fuq acmilan.com
 
{{DEFAULTSORT:Emerson Ferreira Rosa}}
 
[[Kategorija:Nies ħajjin]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1976]]
[[fi:Emerson]]
[[fr:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[he:אמרסון פריירה דה רוסה(כדורגלן)]]
[[hu:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[id:Emerson Ferreira da Rosa]]
11,980

modifiki