Soċjetà tad-Duttrina Nisranija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 29:
''Assenjatur'': Kuljum wara l-laqgħat tat-tfal, is-soċji jiltaqgħu flimkien għal siegħa ta' studju u talb.
 
== Id-Dar Ġenerali u l-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża ==
Dawn jinsabu l-Blata l-Bajda, f'post fejn qabel kien cimiterju tal-kolera. L-art li fiha madwar 500 qasba kwadru beda t-tħaffir għalihom fil-15 ta’ Awissu, 1954. Mid-Dar Ġenerali joħorġu d-direttivi u l-amministrazzjoni tal-fergħat kollha tas-Soċjetà tal-MUSEUM ta’ Malta u Għawdex. L-ewwel ġebla tal-Kappella tqiegħdet fit-23 ta’ Frar,1958, mill-Arcisqof Gonzi u tbierket u nfetħet ufficjalment mil-istess Isqof fit-13 ta’ Mejju, 1964. Din il-kappella li hi ddedikata lil-Madonna tal-Midalja Mirakuluża fuq stil klassiku modern u tesa’ 320 ruħ, għandha l-għamla tal-kappella ta’ Sarria tal-Furjana. Saret fuq id-disinn ta' Ġuże’ Damato. Fl-1962, fuq il-bieb tal-kappella minn barra tqiegħdet statwa tal-Madonna bilqiegħda filwaqt li sena wara ittellgħet fuq l-antenna ta’ din il-kappella, statwa tal-bronż ta’ Ġesu Feddej. F’din il-kappella insibu ukoll għal qima tal-pubbliku, statwa tax-xama’ ta’ San Ġorġ Preca, kif ukoll id-demm ta’ dan il-qaddis li kien ħadlu t-Tabib Lawrance Spiteri. Taħt l-istatwa tax-xama' jinstab il-fdal ta’ San Ġorġ Preca.
== Il-Librerija Preca ==
Il-Librerija Preca fil-Blata l-Bajda twaqqfet fl-1973 mis-Soċjetà tal-MUSEUM biex tagħti servizz lill-membri tagħha stess fit-taħriġ, preparazzjoni u mezzi ta’ għajnuna għall-kateketika, bħalma huma visual aids, katekiżmi, kotba ta' qari spiritwali, u rigali reliġjużi. Aktar ’il quddiem, din kibret u estendiet is-servizz tagħha lill-pubbliku inġenerali. Fiha wieħed isib għażla vasta ta’ materjal kemm bħala qari kif ukoll għal rigali u tifkiriet oħra. Dawn jinkludu CDs, DVDs, enċikliki, kotba għat-tfal ta’ età primarja, għall-pre-adolexxenti, żgħażagħ, għarajjes, koppji, trobbija ta’ tfal, anzjani, posters, bookmarks, u ħafna oħrajn. Qabel il-qligħ, l-għan prinċipali tal-Librerija Preca hu li l-messaġġ reliġjuż jinxtered u jidħol fid-djar Maltin.