Santa Sede: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 42:
== Relazzjonijiet mal-Belt tal-Vatikan u territorji oħra==
 
Għalkemm is-Santa Sede hi ferm qrib il-Belt tal-Vatikan, it-territorju indipendenti fuq liema is-Santa Sede hi sovrana, iż-żewġ entitajiet huma separati u distinti. Wara t-teħid tal-Istati Papali mit-Taljani fl-1870, is-Santa Sede ma kellha l-ebda sovrenita’ territorjali. Minkejja l-inċertezza tal-esperti dwar jekk setgħetx tkom^motkompli taħdem bħala personalita’ indipendenti f’affarijiet internazzjonali, is-Santa Sede kompliet fil-fatt tħaddem id-dritt tagħha li tibgħat u tirċievi rapreżentanti diplomatiċi, iżżomm relazzjonijiet ma’ stati li kienu jinkludu l-qawwiet kbar tar-[[Russja]], [[Prussja]], u Awstrija-Ungerija. Fejn, skont id-deċiżjoni tal-[[Kungress ta’ Vienna]] tal-1815, in-[[Nunzju]] kien mhux biss membru tal-Korp Diplomatiku, iżda d-Dekan tiegħu, dan l-arranġament kompla jiġi aċċettat mill-ambaxxaturi l-oħra. Fil-kors tal-59 sena matul liema is-Santa Sede ma kellha l-ebda sovrenita’ territorjali, in-numru ta’ stati li kellhom relazzjonijiet magħha, li kienu naqsu għal sittax, fil-fatt żdiedu għal 29.
 
L-Istat tal-Belt tal-Vatikan inħoloq bit-[[Trattat tal-Lateran]] fl-1229 sabiex “jassigura l-indipendenza assoluta u viżibbli tas-Santa Sede” u “sabiex tiggarantixxi li jkollha sovrenita’ indisputibbli f’affarijiet internazzjonali” (kwotazzjonijiet mit-trattat). L-Arċisqof Jean-Louis Tauran, l-eks Segretarju għar-Relazzjonijiet mal-Istati, qal li l-Belt tal-Vatikan hi “stat ta’ sapport minuskolu li jiggarantixxi l-ħelsien spiritwali tal-Papa bl-inqas territorju”.
 
Is-Santa Sede, u mhux il-Belt tal-Vatikan, iżżomm relazzjonijiet diplomatiċi mal-istati u tipparteċipa fl-organizzazzjonijiet internazzjonali. Ambaxxati barrann huma akkreditati mas-Santa Sede u mhux mal-Belt tal-Vatikan, u hi s-Santa Sede li tistabilixxi trattati u konkordati ma’ entitajiet sovrani oħra. Fejn neċessarju, is-Santa Sede tidħol fi trattati f’isem il-Belt tal-Vatikan.
Taħt it-termini tat-Trattat tal-Lateran, is-Santa Sede għandha awtorita’ extraterritorjali fuq 23 sit f’Ruma, u ħames siti Taljani barra minn Ruma, li jinkludu l-Palazz Pontifiċju f’Castelf’[[Castel Gandolfo]]. L-istess awtorita’ hi estiża taħt liġi internazzjonali fuq in-Nunzjatura Appostolika tas-Santa Sede f’pajjiż barrani.
 
== "Santa Sede" u "Sede Appostolika"==