Santa Sede: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 36:
{{leġġenda|#00ff00|Relazzjonijiet oħra}}
{{leġġenda|#Dcc|L-ebda relazzjoni}}]]
Sa miż-żminijiet medjavali, is-sede episkopali ta’ Ruma ġiet rikonoxxuta bħala entita’ sovrana. Is-Santa Sede (għalkemm mhux l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) iżżomm relazzjonijiet diplomatiċi ma’ 178 stat sovran, kif ukoll mal-[[Unjoni Ewropea]], l-[[Ordni Militari Sovran ta’ Malta]], u kif ukoll relazzjonijiet ta’ natura speċjali mal-[[Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni Palestinjana]]; 69 mir-relazzjonijiet diplomatiċi tas-Santa Sede jinsabu f’Ruma. Is-Santa Sede għandha 180 missjoni diplomatika permanenti barra, li minnhom 74 huma non-residenzjali, sabiex bosta mill-106 missjonijiet konkreti huma akkreditati f’tnejn jew aktar pajjiżi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. L-attivitajiet diplomatiċi tas-Santa Sede huma diretti mis-Segretarjat tal-Istat (immexxi mill-Kardinal Segretarju tal-Istat), permezz tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet mal-Istati. Hemm 16 –il stat li magħhom is-Santa Sede m’għandiex relazzjonijiet. Is-Santa Sede hi l-uniku suġġett Ewropew għal-Liġi Internazzjonali li għandu relazzjonijiet diplomatiċi mar-Repubblika taċ-Ċina (Tajwan).
 
Is-Santa Sede hi membru ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali varji, u gruppi li jinkludi l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA), l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni, l-Organizzazzjoni għas-Sigurta’ u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, u l-Kummissjoni Għolja tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Reguġjati. Is-Santa Sede hi ukoll osservatur permanenti f’organizzazzjonijiet internazzjonali varji, fosthom l-[[Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda]], il-Kunsill tal-Ewropa, il-[[UNESCO]], l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji (WTO) u l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikultura (FAO)
 
== Relazzjonijiet mal-Belt tal-Vatikan u territorji oħra==