Santa Sede: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 55:
== "Santa Sede" u "Sede Appostolika"==
 
Kull Sede Episkopali hi kkunsidrata “qaddisa” (“santa”). Fil-Griek, l-aġġettiv “qaddies” jew “sagru” (ἱερά) hu bosta drabi applikat għal kull sede bħala normalita’. Fil-Punent, l-aġġettiv m’huwiex komunament miżjud, iżda jifforma part mill-isem uffiċjali ta’ żewġ sede: minbarra ta’ Ruma, il-Bisforiku ta’ Mainz (qabel l-Arċubisforiku ta’ Mainz) li kellu wkoll pożizzjoni elettorali u primazjali, għandu t-tietlu tas-“Santa Sede ta’ Mainz” (Latin: ''Sancta Sedes Moguntina'').
 
It-terminu “sede” jiġi mil-Latin “sedes”, li jfisser “siġġu”, li jirreferi għat-tron Episkopali (katedra). It-terminu “Sede Appostolika” jista’ jirreferi għal kull sede mwaqqfa minn wieħed mill-Appostli, iżda, meta użat bl-artiklu definit, hu użat fil-Knisja Kattolika biex jirreferi speċifikament għas-sede tal-Isqof ta’ Ruma, liema Knisja tarah bħala suċċessur ta’ San Pietru, il-kap tal-appostli.