Santa Sede: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 41:
 
Is-Santa Sede hi membru ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali varji, u gruppi li jinkludi l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA), l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni, l-Organizzazzjoni għas-Sigurta’ u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, u l-Kummissjoni Għolja tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Reguġjati. Is-Santa Sede hi ukoll osservatur permanenti f’organizzazzjonijiet internazzjonali varji, fosthom l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, il-Kunsill tal-Ewropa, il-UNESCO, l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji (WTO) u l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikultura (FAO)
 
 
== Relazzjonijiet mal-Belt tal-Vatikan u territorji oħra==
 
Għalkemm is-Santa Sede hi ferm qrib il-Belt tal-Vatikan, it-territorju indipendenti fuq liema is-Santa Sede hi sovrana, iż-żewġ entitajiet huma separati u distinti. Wara t-teħid tal-Istati Papali mit-Taljani fl-1870, is-Santa Sede ma kellha l-ebda sovrenita’ territorjali. Minkejja l-inċertezza tal-esperti dwar jekk setgħetx tkom^mo taħdem bħala personalita’ indipendenti f’affarijiet internazzjonali, is-Santa Sede kompliet fil-fatt tħaddem id-dritt tagħha li tibgħat u tirċievi rapreżentanti diplomatiċi, iżżomm relazzjonijiet ma’ stati li kienu jinkludu l-qawwiet kbar tar-Russja, Prussja, u Awstrija-Ungerija. Fejn, skont id-deċiżjoni tal-Kungress ta’ Vienna tal-1815, in-Nunzju kien mhux biss membru tal-Korp Diplomatiku, iżda d-Dekan tiegħu, dan l-arranġament kompla jiġi aċċettat mill-ambaxxaturi l-oħra. Fil-kors tal-59 sena matul liema is-Santa Sede ma kellha l-ebda sovrenita’ territorjali, in-numru ta’ stati li kellhom relazzjonijiet magħha, li kienu naqsu għal sittax, fil-fatt żdiedu għal 29.
 
L-Istat tal-Belt tal-Vatikan inħoloq bit-Trattat tal-Lateran fl-1229 sabiex “jassigura l-indipendenza assoluta u viżibbli tas-Santa Sede” u “sabiex tiggarantixxi li jkollha sovrenita’ indisputibbli f’affarijiet internazzjonali” (kwotazzjonijiet mit-trattat). L-Arċisqof Jean-Louis Tauran, l-eks Segretarju għar-Relazzjonijiet mal-Istati, qal li l-Belt tal-Vatikan hi “stat ta’ sapport minuskolu li jiggarantixxi l-ħelsien spiritwali tal-Papa bl-inqas territorju”.
 
Is-Santa Sede, u mhux il-Belt tal-Vatikan, iżżomm relazzjonijiet diplomatiċi mal-istati u tipparteċipa fl-organizzazzjonijiet internazzjonali. Ambaxxati barrann huma akkreditati mas-Santa Sede u mhux mal-Belt tal-Vatikan, u hi s-Santa Sede li tistabilixxi trattati u konkordati ma’ entitajiet sovrani oħra. Fejn neċessarju, is-Santa Sede tidħol fi trattati f’isem il-Belt tal-Vatikan.
Taħt it-termini tat-Trattat tal-Lateran, is-Santa Sede għandha awtorita’ extraterritorjali fuq 23 sit f’Ruma, u ħames siti Taljani barra minn Ruma, li jinkludu l-Palazz Pontifiċju f’Castel Gandolfo. L-istess awtorita’ hi estiża taħt liġi internazzjonali fuq in-Nunzjatura Appostolika tas-Santa Sede f’pajjiż barrani.
 
 
== "Santa Sede" u "Sede Appostolika"==
 
Kull Sede Episkopali hi kkunsidrata “qaddisa” (“santa”). Fil-Griek, l-aġġettiv “qaddies” jew “sagru” (ἱερά) hu bosta drabi applikat għal kull sede bħala normalita’. Fil-Punent, l-aġġettiv m’huwiex komunament miżjud, iżda jifforma part mill-isem uffiċjali ta’ żewġ sede: minbarra ta’ Ruma, il-Bisforiku ta’ Mainz (qabel l-Arċubisforiku ta’ Mainz) li kellu wkoll pożizzjoni elettorali u primazjali, għandu t-tietlu tas-“Santa Sede ta’ Mainz” (Latin: Sancta Sedes Moguntina).
 
It-terminu “sede” jiġi mil-Latin “sedes”, li jfisser “siġġu”, li jirreferi għat-tron Episkopali (katedra). It-terminu “Sede Appostolika” jista’ jirreferi għal kull sede mwaqqfa minn wieħed mill-Appostli, iżda, meta użat bl-artiklu definit, hu użat fil-Knisja Kattolika biex jirreferi speċifikament għas-sede tal-Isqof ta’ Ruma, liema Knisja tarah bħala suċċessur ta’ San Pietru, il-kap tal-appostli.