Santa Sede: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 30:
Is-Santa Sede ġiet rikonoxxuta, kemm fil-prattika tal-istati, u kif ukoll fil-kitba ta’ studjużi tal-liġi moderna, bħala suġġett tal-liġi internazzjonali, bid-drittijiet u d-dmirijiet simili għall-dawk tal-Istati. Għalkemm is-Santa Sede, bħala entita’ distanti mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan, ma’ tissodisfax il-kriterja tal-liġi internazzjonali tal-istati- b’popolazzjoni permanenti, territorju definit, gvern stabbli, u l-kapaċita’ li tidħol f’relazzjonijiet ma’ stati oħra – il-pussess ta’ personalita’ legali sħiħa fil-liġi internazzjonali hi murija mill-fatt li s-Santa Sede għandha relazzjonijiet diplomatiċi ma’ 177 stat, li hi membru-stat f’organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali varji, u li hi “rispettata mill-kommunita’ internazzjonali tal-Istati Sovrani u trattata bħala suġġett tal-liġi internazzjonali, bil-kapaċita’ li tidħol f’relazzjonijiet diplomatiċi u li tiħol fi ftiehim ma’ stat jew stati ukoll taħt il-liġi internazzjonali li huma verament kommessi sabiex jistabilixxu u jipperseveraw il-paċi fid-dinja.”
 
Diplomazija
 
[[Image:Vatican relations.png|thumb|550px|Foreign relations with the Holy See. {{legend|#007f00|Relazzjonijiet Diplomatiċi}}
{{legend|#00ff00|Relazzjonijiet Oħra}}
{{legend|#Dcc|L-ebda relazzjoni}}]]
 
Sa miż-żminijiet medjavali, is-sede episkopali ta’ Ruma ġiet rikonoxxuta bħala entita’ sovrana. Is-Santa Sede (għalkemm mhux l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) iżżomm relazzjonijiet diplomatiċi ma’ 178 stat sovran, kif ukoll mal-Unjoni Ewropea, l-Ordni Militari Sovran ta’ Malta, u kif ukoll relazzjonijiet ta’ natura speċjali mal-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni Palestinjana; 69 mir-relazzjonijiet diplomatiċi tas-Santa Sede jinsabu f’Ruma. Is-Santa Sede għandha 180 missjoni diplomatika permanenti barra, li minnhom 74 huma non-residenzjali, sabiex bosta mill-106 missjonijiet konkreti huma akkreditati f’tnejn jew aktar pajjiżi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. L-attivitajiet diplomatiċi tas-Santa Sede huma diretti mis-Segretarjat tal-Istat (immexxi mill-Kardinal Segretarju tal-Istat), permezz tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet mal-Istati. Hemm 16 –il stat li magħhom is-Santa Sede m’għandiex relazzjonijiet. Is-Santa Sede hi l-uniku suġġett Ewropew għal-Liġi Internazzjonali li għandu relazzjonijiet diplomatiċi mar-Repubblika taċ-Ċina (Tajwan).
 
Is-Santa Sede hi membru ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali varji, u gruppi li jinkludi l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA), l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni, l-Organizzazzjoni għas-Sigurta’ u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, u l-Kummissjoni Għolja tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Reguġjati. Is-Santa Sede hi ukoll osservatur permanenti f’organizzazzjonijiet internazzjonali varji, fosthom l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, il-Kunsill tal-Ewropa, il-UNESCO, l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji (WTO) u l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikultura (FAO)