Santa Sede: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 25:
 
Fl-2001, is-Santa Sede kellha dħul ta’ 422.098 billjun [[Liri Taljani|Lira Taljana]] (madwar 202 milljun [[Dollaru Amerikan]] dak iż-żmien), u profitt nett ta’ 17.720 billjun lira Taljana (madwar 8 milljun Dollaru Amerikan)
 
== Status fil-liġi internazzjonali==
 
Is-Santa Sede ġiet rikonoxxuta, kemm fil-prattika tal-istati, u kif ukoll fil-kitba ta’ studjużi tal-liġi moderna, bħala suġġett tal-liġi internazzjonali, bid-drittijiet u d-dmirijiet simili għall-dawk tal-Istati. Għalkemm is-Santa Sede, bħala entita’ distanti mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan, ma’ tissodisfax il-kriterja tal-liġi internazzjonali tal-istati- b’popolazzjoni permanenti, territorju definit, gvern stabbli, u l-kapaċita’ li tidħol f’relazzjonijiet ma’ stati oħra – il-pussess ta’ personalita’ legali sħiħa fil-liġi internazzjonali hi murija mill-fatt li s-Santa Sede għandha relazzjonijiet diplomatiċi ma’ 177 stat, li hi membru-stat f’organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali varji, u li hi “rispettata mill-kommunita’ internazzjonali tal-Istati Sovrani u trattata bħala suġġett tal-liġi internazzjonali, bil-kapaċita’ li tidħol f’relazzjonijiet diplomatiċi u li tiħol fi ftiehim ma’ stat jew stati ukoll taħt il-liġi internazzjonali li huma verament kommessi sabiex jistabilixxu u jipperseveraw il-paċi fid-dinja.”