Santa Sede: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 7:
 
Għalkemm kull [[sede episkopali]] hi “qaddisa” (“santa”), l-espressjoni “is-Santa Sede” hi normalment użata internazzjonalment bħala metonimu (kif ukoll fil-[[liġi kanonika]] tal-Knisja Kattolika) sabiex tirreferi għas-Sede ta’ Ruma, fid-dawl tal-gvern ċentrali tal-Knisja Kattolika. Is-Santa Sede legalment għandha bosta similaritajiet mal-kuruna fil-monarkiji sekulari Kristjani.
 
== Organizzazzjoni==
 
Il-Papa jiggverna l-Knisja Kattolika mill-[[Kurja Rumana]]. Il-Kurja Rumana tikkonsisti f’kumpless ta’ uffiċji li jamministraw l-affarijiet tal-knisja fl-ogħla livell tagħhom, li jinkludu s-[[Segretarjat tal-Istat]], disgħa Kongregazzjonijiet, tlett Tribunali, ħdax –il Kunsill Pontifiċju, u sebgħa Kummissjonijiet Pontifiċji. Is-Segretarjat tal-Istat, taħt il-Kardinal Segretarju tal-Istat, jidderieġi u jikkordina l-Kurja. L-okkupant preżenti, il-Kardinal [[Tarcisio Bertone]], hu l-ekwivalenti ta’ prim ministru fil-ġerarkija tas-Santa Sede. L-Arċisqof [[Dominique Mamberti]], Segretarju tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet mal-Istati fis-Segretarjat tal-Istat, hu l-ekwivalenti ta’ ministru tal-affarijiet barranin. Bertone u Mamberti ġew innominati fil-karigi rispettivi tagħhom mill-Papa Benedittu XVI f’Settembru 2006.
 
Is-Segretarjat tal-Istat hi l-unika entita’ tal-Kurja li tinsab fil-Belt tal-Vatikan. L-oħrajn jinsabu f’binjiet f’partijiet differenti ta’ Ruma, u għandhom [[drittijiet extraterritorjali]] simili għal dawk ta’ ambaxxata.
 
Fost l-aktar attivi mill-istituzzjonijiet tal-Kurja, hemm il-[[Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi]], li tħares id-duttrina tal-Knisja Kattolika; il-[[Kongregazzjoni għall-Isqfijiet]], li tikkordina n-nominazzjonijiet tal-isqfijiet madwar id-dinja; il-[[Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli]], li tħares l-attivitajiet missjunarji; u l-[[Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi]], li jittratta l-paċi internazzjonali u problemi soċjali.
 
Tlett tribunali huma responsabbli għall-poter ġudizzjarju. Is-[[Sacra Rota]] hi responsabbli mill-kawżi normali, fosthom digrieti għall-annullamenti taż-żwiġijiet. Is-[[Sinjatura Appostolika]] hi l-qorti tal-appell u l-ogħla qorti ekkleżjastika. Il-[[Penitenzjarju Appostoliku]] hu differenti minn dawn it-tnejn u, minflok jittratta każijiet dibattibbli, joħroġ assoluzzjonijiet, dispensi, u indulġenzi.
 
Il-Prefettura għall-Affarijiet Ekonomiċi tas-Santa See tikkordina l-finanzi tas-Santa Sede u d-dipartimenti tagħha, filwaqt li tissorvelja l-amministrazzjoni tal-uffiċini kollha, irrelevanti mil-livell ta’ awtonomija tagħhom, li jimmaniġjaw dawn l-istess finanzi. L-aktar importanti fost dawn hi l-Amministrazzjoni tal-Patrimonju tas-Santa Sede.
 
Il-Prefettura tal-Istaff Papali hu responsabbli mill-organizzazzjoni tal-istaff papali, l-udjenzi, u ċ-ċerimonji (minbarra dawk strettament liturġiċi).
 
Is-Santa Sede ma tiġix xolta mal-mewt jew ir-riżenja ta’ Papa. Minflok, topera taħt sett ta’ liġijiet differenti, imsejjaħ ''sede vacante''. Matul dan l-interregnum, il-kapijiet tad-dekasteri tal-Kurja Rumana (bħal pereżempju l-prefetti tal-kongregazzjonijiet) jiefqu immedjatament milli jokkupaw il-kariga tagħhom, bl-uniċi eċċezzjonijiet ikunu dawk tal-Penitenzjarju Maġġuri, li jkompli joħroġ assuluzzjonijiet u dispensi, u l-[[Camerlengo|Camerlengo tal-Knisja Kattolika Rumana]], li jamministra t-temporalitajiet (e.ż. il-propjetajiet u l-finanzi) tas-Sede ta’ San Pietru matul dan il-perjodu. Il-gvern tas-Sede, u għalekk il-Knisja Kattolika, imbagħad taqa’ fir-responsabbilta’ tal-Kulleġġ tal-Kardinali. Il-liġi Kanonika tipprojbixxi lill-Kulleġġ u l-Camerlengo milli jintroduċi affarijiet ġoda fil-gvern tal-Knisja matul dan il-perjodu.
 
Fl-2001, is-Santa Sede kellha dħul ta’ 422.098 billjun [[Liri Taljani|Lira Taljana]] (madwar 202 milljun [[Dollaru Amerikan]] dak iż-żmien), u profitt nett ta’ 17.720 billjun lira Taljana (madwar 8 milljun Dollaru Amerikan)
 
 
{{Ewropa}}