Santa Sede: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Adding: ia:Sancte Sede
No edit summary
Linja 1:
Is-'''Santa Sede''' (Latin: ''Sancta Sedes'') hi l-[[ġurisdizzjoni episkopali]] tal-[[Knisja Kattolika]] ġewwa [[Ruma]], bl-[[Isqof]] tagħha jkun il-[Papa]. Hi l-ogħla u l-ewwel sede episkopali tal-Knisja Kattolika, u tifforma l-gvern ċentrali tal-Knisja. Għalekk, is-Santa Sede tidher u titkellem fuq kwistjonijiet diplomatiċi u kwistjonijiet oħra, f’isem il-Knisja Kattolika kollha kemm hi. Is-Santa Sede hi ukoll rikonoxxuta mil-liġi internazzjonali bħala entita’ sovrana, immexxija mill-Papa, u li magħha jistgħu jitwettqu relazzjonijiet diplomatiċi.
Is-'''Santa Sede''' hi nazzjon fl-[[Ewropa]].
 
Għalkemm ħafna drabi riferuta bħala “il-Vatikan”, is-Santa Sede m’hijiex l-istess entita’ bħall-[[Vatikan|Istat tal-Belt tal-Vatikan]], li daħal fl-eżistenza biss fl-1929, filwaqt li s-Santa Sede tmur lura għall-ewwel żminijiet Kristjani. L-ambaxxaturi m’humiex assenjati għall-Istat tal-Belt tal-Vatikan, iżda għas-Santa Sede, u r-rapreżentanti tal-Papa għall-istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali m’humiex rikonoxxuti bħala rapreżentanti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, iżda tas-Santa Sede.
 
Għalkemm kull [[sede episkopali]] hi “qaddisa” (“santa”), l-espressjoni “is-Santa Sede” hi normalment użata internazzjonalment bħala metonimu (kif ukoll fil-[[liġi kanonika]] tal-Knisja Kattolika) sabiex tirreferi għas-Sede ta’ Ruma, fid-dawl tal-gvern ċentrali tal-Knisja Kattolika. Is-Santa Sede legalment għandha bosta similaritajiet mal-kuruna fil-monarkiji sekulari Kristjani.
 
{{stub}}