Mikiel Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 56:
Nhar l-24 ta´Mejju 1961, l-Arċisqof ħareġ din id-direttiva lill-Kleru:
 
{{kwota|Bħalma nafu lkoll, dawn l-aħħraħħar ġimgħat, kull fejn qiegħed imur l-E.T.l-Arċisqof, qiegħed jiġi milqugħ b´ferħ kbir u turija ta' sottomissjoni filjali sħiħa. L-Eċċellenza tiegħu ma jistax ma jifraħx b'dan kollu, mhux għalih innifsu, imma għax din l-imġiba turi illi l-maġġoranza l-kbira tal-Maltin raw li dak il-partit, li għall-mottivi politiċi ġodda tiegħu, qiegħed iwettaq gwerra kontra l-Knisja, qabad triq ħażina li mhix vantaġġjuża għall-ġid spiritwali ta' Malta u għalhekk għandha tiġi miċħuda.
 
Izda min-naha l-ohra l-Eccellenza Tieghu ma jistax jiehu pjacir bis-sitwazzjoni li nholqot f'Malta f'materji li jaffettwaw is-sentiment religjuz ta´ Malta; huwa jrid il-ghaqda li jrid Sidna Gesù Kristu. U ghax il-Knisja ma tistax tasal fi ftehim ma'dawk li ma jridux jimxu skond it-taghlim t'Alla,bhal ma ghedna awtorevolment ahna,huma hassru d-dmir tieghi li juri x´ghandu jkun imwarrab, almenu minn dawk li jridu jibqghu maghqudin mal-Knisja. L-Eccellenza tieghu l-Arcisqof, ghalhekk, iwissi illi fic-circostanzi li ghandna llum, dan li gej ghandu jkun ikkundannat bil-qawwa kollha possibli.
 
a) L-offizi gravi bil-fomm, bil-kitba jew ghemil kontra l-arcisqof u l-kleru;
 
b) L-appogg lill-mexxejja tal-M.L.P., sakemm dawn jibqghu fi stat ta´ gwerra mal-Knisja, u f'kuntatt mas-socjalisti, il-kommunisti u l-AAPSO;
 
c) Il-kitba, il-qari u l-bejgh ta'"Il-Ħelsien" u l-"Voice of Malta" sakemm dawn ikomplu jimxu fuq il-linja li mixjin biha fil-prezent, minkejja li dawn diga kienu pubblikament imwiddba mill-awtoritajiet ekklesjatici; l-istess jghodd ghal "The Whip";
 
Line 74 ⟶ 76:
 
{{kwota|A) Lill-Konfessuri
 
1) L-ewwel haga, il-konfessuri ghandhom jistaqsu lil min imur iqerr jekk kienx ivvota jew le.
 
2) Jekk, il-penitent ma kienx mar jivvota, il-konfessur ghandu jistaqsih ghaliex kien skarta li jaqdi obbligu tant gravi:
 
i) Jekk il-penitent kien skarta dan l-obbligu bi traskuragni waqt li kien jaf bil-gravità ta'dil-haga, allura ghandu jigi akkuzat b´ommisjoni serja; imma jekk ikollu rieda tajba, ghandu jinghata l-assoluzzjoni.
 
ii) Jekk kien skarta dan l-obbligu ghax ma kellu fiducja f´ebda wiehed mill-kandidati tal-partiti l-ohrajn (barra minn dawk il-kandidati ta'´dak il-partit kontra l-Knisja) ghandu dan jigi mdawwar bl-argumenti u ghandu jigi mfiehem kemm kienet gravi din l-omissjoni; b´danakollu m´ghandux jinghata assoluzzjoni jekk ma jaccettax fedelment id-direttivi, li ghandhom x´jaqsmu ma'dan, li kienu hargu f´Mejju 1961, kontra l-kelliema tal-partit politiku ta'kontra t-taghlim ta'Ommna l-Knisja Mqaddsa.
 
iii) Jekk ma kienx ivvota ghax kien marid serjament, ghandu jigi skuzat u tinghatalu l-assoluzzjoni.
 
iv) Jekk fil-fatt kien skarta dan l-obbligu malizzjozament, ghandu jigi michud l-assoluzzjoni, jekk il-konfessur ma jkunx assolutament cert mid-dispozizzjoni sinciera tal-penitent.
 
3) Jekk il-penitent ikun ivvota ghal dak il-partit ostili ghall-Knisja, il-konfessur ghandu jistaqsih jekk, meta ghamel dan, kienx dineb privatament jew fil-pubbliku (tali agir pubbliku jfisser jew li ghamel l-intenzjoni tieghu maghrufa jew ikkanvazzja ghal dak il-partit).
 
i) Jekk il-penitent jiddikjara li kien dineb privatament, biex tinghatalu l-assoluzzjoni jkun jiddependi mis-sincerita tieghu u kif se jimxi nkwantu d-direttivi msemmijin izjed 'il fuq.
 
ii) Jekk, min-naha l-ohra, ikun dineb fil-pubbliku, m´ghandux jinghata assoluzzjoni jekk u sakemm ma jindimx fil-pubbliku u onestament iwieghed li, fejn hu possibli, jaghmel reparazzjonijiet tal-istess daqs tal-hsara li kien ghamel lill-Knisja,lill-isqfijiet, lill-qassisin u lill-ohrajn kollha li seta' offenda.
 
Line 90 ⟶ 99:
B) Lill-Predikaturi
5) Il-predikaturi jistghu jkunu tassew siewja biex il-Knisja terga tirriasserixxi ruhha fuq materji sew civili kemm politici skond kif titlob l-okkazjoni; biex jergghu jintrebhu l-erwieh mitlufin minhabba materji politici. Fil-priedki u t-tahditiet taghhom huma ghandhom ifiehmu dawk il-veritajiet li ghandhom x'jaqsmu hafna mal-htigijiet spiritwali u temporali tal-lum; huma jenfasizzjaw l-ezistenza, il-htiega u l-assertazzjoni (anke pubblika) ta' religjon wahda u Alla wiehed; ghandhom jitkellmu dwar l-influwenza divina tal-Knisja biex issehh socjeta perfetta kemm privata kif ukoll pubblika; dwar is-setgha divina tal-Knisja u l-gudizzju li qatt ma jizbalja taghha wkoll fuq il-ligijiet civili fejn ikun hemm il-bzonn; ghandhom jitkellmu fuq il-gravita tad-dnub il-mejjet, il-formazzjoni oggettiva tal-kuxjenza, fuq il-kastig ta´l-Infern ghal dejjem, fuq ic-censura u l-kastig tal-Knisja, siewja u fil-waqt, fuq l-edukazzjoni tajba tat-tfal u zghazagh, fuq il-htiega tal-ghaqdiet kattolici u fuq materji bhal dawn.
 
Fil-priedki taghhom, il-predikaturi m´ghandhomx jitghajru imma ghandhom ikunu sodi; ghandhom ikunu helwin u prudenti sabiex jirbhu l-erwieh ghal Ommna l-Knisja u mhux igerrxuhom ´il boghod minnha. Hemm veri qassisin li jqieghdu l-htigijiet tal-Knisja qabel kull kunsiderazzjoni taghhom. Bil-prudenza u l-karita nisranija ghandhom ifiehmu l-qerq tal-ghedewwa tal-Knisja li juzaw id-duttrina socjalista taghhom biex iqarrqu u jwaddbu fl-infern dal-gens Nisrani.}}
 
Line 96 ⟶ 106:
=== Ftehim bejn il-MLP u l-Knisja ===
Nhar l-4 ta’ April 1969, tħabbar il-[[Ftehim bejn il-MLP u l-Knisja]], f'dokument li kien jgħid:
 
{{kwota|Fis-Soċjetà moderna huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn il-komunità politika u l-Knisja. In-natura stess tal-Knisja tesiġi li din ma tindaħalx fil-politika. L-Awtorità tal-Knisja għandha d-dmir u l-jedd li tħares l-interess spiritwali u temporali tagħha, u meta jkun hemm il-bżonn tgħallem liema huma l-prinċipji tajba u ħżiena. Il-Knisja ma timponix id-dnub mejjet bħala ċensura. Bil-pjaċir kollu niddikjaraw li fl-ispirtu tal-Konċilju Vatikan II ir-relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Malta Labour Party tjiebu ħafna. Nittamaw li bil-għajnuna ta’ Alla ’l quddiem din ir-rieda tajba sservi biex issaltan il-paċi fostna.}}