Mikiel Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 34:
== [[Kwistjoni Politko-Reliġjuża]] ==
 
Fis-snin ħamsin, il-Partit Laburista taħt it-tmexxija ta' [[Dom Mintoff]], ħareġ bil-proposta tal-''[[Integration]]''. Dan kien pjan biex Malta tingħaqad mal-Ingilterra fuq bażi ta' ugwaljanza politika, soċjali u ekonomika bl-iskop li jissolvew il-problemi tal-qgħad, ta' nuqqas ta' servizzi soċjali, u ta' nuqqas ta' leġislazzjoni biex id-drittijiet tal-bniedem, kif kienu gawduti mill-Ingliżi dak iż-żmien, jitgawdew ukoll mill-Maltin. L-Arċisqof Gonzi beża' li Mintoff kien sejjer idaħħal il-[[Komuniżmu]], u l-Integration kienet l-ewwel pass biex jeqred ir-reliġjon minn Malta. Fl-1961, il-Partit Laburista daħal fl-A.A.P.S.O (''Afro-Asian Peoples' Solidarity Organization'') li skont il-Moviment Azzjoni Soċjali kienet "għaqda reġjonali li taħt pretesti jew skopijiet tajba bħall-ġlieda għal-libertà tal-poplu qed isservi għall-penetrazzjoni tal-Komuniżmu fl-Asja u fl-Afrika." L-Arċisqof Gonzi u l-Isqof [[Ġużeppi Pace|Pace]] t'Għawdex ħarġu pastorali li fiha fissru l-perikli tal-Integration.
 
=== L-Interdett ===
Nhar il-21 ta’ Frar 1960, l-Arċisqof Gonzi u l-Isqof Pace ta’ Għawdex, ħarġu l-Pastorali tar-Randan u fiha qalu li “’l-velenu soċjalista dieħel ġmielu speċjalment fost ċerti żgħażagħ. X’ġid jista’ jikseb il-Partit tal-Ħaddiema mill-kuntatti perikolużi li qed isiru ma’ għaqdiet u ma’ personalitajiet soċjalisti ta’ barra, speċjalment kontinentali? Biex naħdmu għall-ġid ekonomiku tal-pajjiż, hemm bżonn nesponuh għall-periklu li jitlef ruħu.” L-Isqfijiet ħeġġew biex “il-prinċipji soċjalisti, li, kif rajna, bdew iġibu naturalment xi firda fostna, ma jibqgħux jixterdu, anzi jiġu mbegħda għall-kollox mill-moħħ ta’ wliedna kollha kemm huma.” Qalu wkoll li “ħadd ma jista’ fl-istess ħin ikun kattoliku sinċier u soċjalista fil-veru sens tal-kelma.”
 
F'''The Struggle'', organu tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti ta’ Marzu 1960, f’artiklu bl-isem ''Kummenti dwar il-Pastorali tar-Randan'', kien hemm miktub li l-Pastorali tar-Randan ma kinitx titratta ż-żmien tar-Randan iżda kienet attakk fuq iż-żgħażagħ Laburisti u fuq il-Partit Laburista, b’bosta ineżattezzi u tagħwiġ tat-twemmin soċjalista. Ftit jiem wara, lill-Editur [[Lorry Sant]] il-Kurja ordnatlu jippubblika dikjarazzjoni ta’ apoloġija fil-ħarġa li jmiss ta’ ''The Struggle''. Nhar id-9 ta’ April, Lorry Sant irċieva digriet mingħand l-Arċisqof Gonzi bil-piena tal-interdett personali fuq artiklu li skont il-Kurja kasbar u naqqas mir-rispett lejn l-awtorità tal-Isqfijiet. Minbarra l-kundanna personali, kull min jistampa The ''Struggle'', jikteb fih, ibiegħu jew jaqrah, jkun qed jagħmel dnub mejjet.
 
Nhar it-8 ta’ April 1961, l-interdett ingħata lill-Eżekuttiv Laburista, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni Dom Mintoff. Dan wara li fil-15 ta’ Marzu l-Partit Laburista kien ħareġ stqarrija li fiha kkundanna l-aġir tal-Arċisqof Gonzi bħala persuna privata minħabba li bl-imġieba tiegħu kien qed joħloq ħsara lill-pajjiż u xkiel lejn il-ksieb tal-Indipendenza. Il-Kurja wieġbet li jekk l-Eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista ma kienx se jagħmel apoloġija pubblika, kienet se tagħmel użu tal-pieni tal-interdett. Fit-8 ta’ April, il-Kurja għarrfet lill-aġent Segretarju tal-Partit Laburista, li wara li l-Eżekuttiv sejjaħ Konferenza Ġenerali minflok li rtira l-istqarrija tal-politika tal-Partit, l-Isqfijiet taw l-interdett personali lill-membri kollha li ħadu sehem fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista ta’ nhar il-15 ta’ Marzu.
 
F-Settembru 1961 tħabbret il-mewt ta’ [[Ġużè Ellul Mercer]], Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, u awtur tar-rumanz ''Leli ta’ Ħaż-Żgħir''. Billi kien taħt il-pieni tal-interdett, indifen fil-parti taċ-ċimiterju tal-Addolorata mhux ikkonsagrata, magħrufa bħala l-Miżbla (
 
Fl-1961, il-Partit Laburista daħal fl-A.A.P.S.O (''Afro-Asian Peoples' Solidarity Organization'') li skont il-Moviment Azzjoni Soċjali kienet "għaqda reġjonali li taħt pretesti jew skopijiet tajba bħall-ġlieda għal-libertà tal-poplu qed isservi għall-penetrazzjoni tal-Komuniżmu fl-Asja u fl-Afrika." L-Arċisqof Gonzi u l-Isqof [[Ġużeppi Pace|Pace]] t'Għawdex ħarġu pastorali li fiha fissru l-perikli tal-Integration.
 
Nhar l-24 ta´Mejju 1961, l-Arċisqof ħareġ din id-direttiva lill-Kleru:
Line 49 ⟶ 60:
Ghandna niftakru li fil-Knisja s-setgha qieghda fil-kapijiet, maghzula minn Alla u mhux mill-poplu, u ghalhekk meta, fl-ambjent taghha hija tohrog direttivi, hadd m'ghandu d-dritt jikkritikaha, u inqas u inqas, bhal ma ntqal, li jikkundannaha... "
 
=== L-Elezzjonijiet tal-1962 ===
Nhar l-4 ta' Frar 1962, l-Arcisqof Gonzi xandar ittra pastorali dwar l-elezzjonijiet li kienu fil-qrib. Hu wissa lill-votanti li kellhom id-dmir u l-obbligu li juzaw il-voti biex jghinu lil dawk il-partiti li kienu jappoggjaw lill-Knisja. Minkejja dan, fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-1962, kważi 51,000 Malti (34% tal-elettorat) ivvutaw lill-Partit Laburista, li beda jsejħilhom "suldati tal-azzar".
 
Line 75 ⟶ 87:
Fl-1966, il-Partit Laburista, li kien għadu sanzjonat mill-Knisja ġab 43% tal-voti - żieda ta' 11,000 vot.
 
=== Ftehim bejn il-MLP u l-Knisja ===
Nhar l-4 ta’ April 1969, tħabbar il-[[Ftehim bejn il-MLP u l-Knisja]], f'dokument li kien jgħid: “Fis-Soċjetà moderna huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn il-komunità politika u l-Knisja. In-natura stess tal-Knisja tesiġi li din ma tindaħalx fil-politika. L-Awtorità tal-Knisja għandha d-dmir u l-jedd li tħares l-interess spiritwali u temporali tagħha, u meta jkun hemm il-bżonn tgħallem liema huma l-prinċipji tajba u ħżiena. Il-Knisja ma timponix id-dnub mejjet bħala ċensura. Bil-pjaċir kollu niddikjaraw li fl-ispirtu tal-Konċilju Vatikan II ir-relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Malta Labour Party tjiebu ħafna. Nittamaw li bil-għajnuna ta’ Alla ’l quddiem din ir-rieda tajba sservi biex issaltan il-paċi fostna.”