Mikiel Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 7:
Matul l-[[I Gwerra Dinjija|Ewwel Gwerra Dinjija]] kien Kappillan Militari fl-Isptar tal-Imtarfa. Fl-1919 sar ''Defensor Vinculi'' - avukat fil-kawżi ta' żwiġijiet.
==Senatur==
Fi żmien meta s-saċerdoti kienu mħajra jieħdu sehem attiv fil-politika, Dun Mikiel Gonzi daħal membru tal-[[Partit Laburista]] li kien għadu kif twaqqaf fil-15 ta' Mejju 1921, u kien jissejjaħ ''[[La Camera del Lavoro]]''. (Mal-Partit Nazzjonalista kien hemm Mons.Dandria u Mons. Panzavecchia). Probabilment kienu ħajruh is-[[Alfons Maria Galea|Sur Fons]] u l-Kurunell [[Willie Savona]]. Wara li mar ħa parir mingħand l-[[Mauro Caruana|Isqof Mawru Caruana]], dan qallu: "Mhux intik parir- nobbligak... biex ikun hemm bniedem ekkleżjastiku fil-Kumitat... Mur, nobbligak." Huwa attenda l-Kumitat Ġenerali tal-Partit Laburista għall-ewwel darba fis-7 ta' Ottubru 1921 u ħareġ kandidat għas-Senat fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-1921. Kien hemm kandidat ieħor għamillu kawża għax qal li Gonzi ma kellux età biżżejjed biex joħroġ għas-Senat imma tilifha għax Gonzi kellu 35 sena. "Imbagħad ġiet l-elezzjoni," jgħid Gonzi, "ifforma ruħu l-partit tal-Labour sewwa, kellhom nies jagħmlu unur lill-Partit, tant mill-punt di viżta politiku u wkoll reliġjuż." Il-Partit Laburista tella' 7 deputati fil-Kamra Leġislattiva u 2 senaturi, fosthom [[Alfons Maria Galea]] fuq l-Ewwel Distrett u Mikiel Gonzi fuq it-Tieni Distrett. Gonzi daħal fis-Senat fl-1 ta' Novembru [[Stampa:Ewww.xewkija.net/.../March/Mons%20Gonzi.jpg]]u għamel biss nofs il-leġislatura: tliet snin mis-sitta li seta' jagħmel (għax fl-1924 sar Isqof t'Għawdex). L-ewwel liġi li għaddew kien ''The Religion of Malta Declaration Act''. Gonzi jgħid li fiż-żmien li kien fis-Senat inkoraġixxa l-istudju tal-[[Lingwa Maltija|ilsien Malti]], xi ħaġa li kienet fil-Programm Elettorali tal-Partit Laburista.
 
==Isqof t'Għawdex==