Mikiel Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 7:
Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija kien Kappillan Militari fl-Isptar tal-Imtarfa. Fl-1919 sar ''Defensor Vinculi'' - avukat fil-kawżi ta' żwiġijiet.
==Senatur==
Fi żmien meta s-saċerdoti kienu mħajra jieħdu sehem attiv fil-politika, Dun Mikiel Gonzi daħal membru tal-[[Partit Laburista]] li kien għadu kif twaqqaf fil-15 ta' Mejju 1921, u kien jissejjaħ ''[[La Camera del Lavoro]]''. (Mal-Partit Nazzjonalista kien hemm Mons.Dandria u Mons. Panzavecchia). Probabilment kienu ħajruh is-[[Alfons Maria Galea|Sur Fons]] u l-Kurunell [[Willie Savona]]. Wara li mar ħa parir mingħand l-Isqof Mawru Caruana, dan qallu: "Mhux intik parir- nobbligak... biex ikun hemm bniedem ekkleżjastiku fil-Kumitat... Mur, nobbligak." Huwa attenda l-Kumitat Ġenerali tal-Partit Laburista għall-ewwel darba fis-7 ta' Ottubru 1921 u ħareġ kandidat għas-Senat fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-1921. Kien hemm kandidat ieħor għamillu kawża għax qal li Gonzi ma kellux età biżżejjed biex joħroġ għas-Senat imma tilifha għax Gonzi kellu 35 sena. "Imbagħad ġiet l-elezzjoni," jgħid Gonzi, "ifforma ruħu l-partit tal-Labour sewwa, kellhom nies jagħmlu unur lill-Partit, tant mill-punt di viżta politiku u wkoll reliġjuż." Il-Partit Laburista tella' 7 deputati fil-Kamra Leġislattiva u 2 senaturi, fosthom [[Alfons Maria Galea]] fuq l-Ewwel Distrett u Mikiel Gonzi fuq it-Tieni Distrett. Gonzi daħal fis-Senat fl-1 ta' Novembru u damgħamel biss ftitnofs iktaril-leġislatura: minntliet sentejnsnin mis-sitt sninsitta li seta' jagħmel (għax fl-1924 sar Isqof t'Għawdex). L-ewwel liġi li għaddew kien ''The Religion of Malta Declaration Act''. Gonzi jgħid li fiż-żmien li kien fis-Senat inkoraġixxa l-istudju tal-ilsien Malti, xi ħaġa li kienet fil-Programm Elettorali tal-Partit Laburista.
 
==Isqof t'Għawdex==
Fl-1922 l-Isqof Dom Mawru Caruana ħatru segretarju privat tiegħu. Lejn nofs is-sena 1924 irriżenja mis-Senat u sar il-ħames Isqof t'Għawdex. Dam 19-il sena Isqof t'Għawdex sakemm fl-1943 inħatar Isqof ko-adjatur ta' Malta. Fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-Isqof Gonzi għen ħafna biex tittaffa l-problema tal-ġuħ ħabba n-nuqqas ta' qamħ f'Malta, li seta' jwassal biex Malta ċċedi. F'laqgħa sigrieta nhar il-5 ta’ Lulju 1942, li sejjaħ il-Gvernatur Lord Gort kien hemm prezenti l-Isqof Gonzi, li fuq din il-laqgħa jikteb hekk: