Soċjetà tad-Duttrina Nisranija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 10:
 
== Bidu tas-Soċjetà tal-MUSEUM ==
Għall-ħabta tal-1906, Dun Ġorġ, li kien għadu ma sarx saċerdot kien beda jiltaqa’ ma’ xi żgħażagħ f’għalqa quddiem il-knisja ta' San Gejtanu l-Ħamrun. Hemm saru ħbieb u kien joqgħod ikellimhom u jgħallimhom. Minn fost dawn iż-żgħażagħ li kienu jiltaqgħu fil-għalqa, Dun Ġorġ darba ġibed fil-ġenb lil [[Ewġenju BorġBorg]], żagħzugħ fuq ruħu, u qallu: “Nhar il-Ħadd wara nofs in-nhar immorru passiġġata flimkien. Ġib miegħek biċċa ħobż, basla, biċċa ġobon u flixkun inbid.” Qallu wkoll iġib miegħu l-Bibbja u fthiemu dwar il-ħin. Il-Ħadd wasal u xħin iltaqgħu, qabdu t-triq tar-raba’, in-naħa ta’ Santa Venera, daħlu f’għalqa, sabu siġra tal-ħarrub u poġġew taħtha jistrieħu fuq blata. Hemmhekk, Dun Ġorġ qagħad jispjega l-Bibbja lil Ewġenju Borġ. U dawn il-laqgħat komplew isiru. Kienu fost l-ewwel laqgħat li minnhom żviluppat is-Soċjeta’ tal-Museum.
 
Ftit wara li Dun Ġorġ Preca sar saċerdot fit-22 ta’ Diċembru ta’ l-1906, mar iqerr għand il-konfessur tiegħu, Dun Alwiġ Attard. Kif kien lesta mill-qrar u rċieva l-assoluzzjoni, Dun Ġorġ talab parir lil Dun Alwiġ u qallu bil-pjanijiet li kellu biex jibda soċjeta’ tat-tagħlim Nisrani. Dun Alwiġ ħares lejh u wieġbu: “Mur u iftaħ u agħmel il-mezzi.” U Dun Ġorġ hekk għamel. Kien jgħid li li kieku Dun Alwiġ qallu: “Tagħmel xejn” hu kien jobdih.