Soċjetà tad-Duttrina Nisranija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 8:
 
Is-Soċjetà għandha wkoll oqsma u skejjel oħra fl-[[Awstralja]], fil-[[Kenja]], fil-[[Perù]], f'[[Londra]] u fl-[[Albanija]], u mill-2011 fil-Polonja u f'Kuba.
 
== Termini użati mis-Soċjeta tal-MUSEUM ==
''Qasam'' huwa ċ-ċentru jew dar tat-tagħlim fejn jiltaqgħu t-tfal, iż-żgħażagħ u l-membri għal-laqgħat tagħhom; Dun Ġorġ ħa dan it-terminu mill-ħajja tar-raba', fl-inkwadratura tas-sejħa ta' Kristu għall-“ħaddiema fil-ħsad tiegħu”. Qasam jiftaħ kuljum barra nhar t’Erbgħa, għax dakinhar il-membri jkollhom laqgħa flimkien fid-Dar Ġenerali tagħhom, il-Blata l-Bajda.
 
''Superjur'' huwa l-persuna responsabbli mit-tmexxija tal-Qasam. Li tkun superjur tfisser taqdi u mhux li tkun "superjuri" għall-oħrajn. F'Qasam ikun hemm superjur wieħed. Il-membri l-oħra li jgħallmu jissejħu prefetti jew katekisti.
 
''Soċji'' hija kelma oħra flok membri tal-MUSEUM. Biex tkun soċju trid tkun għalaqt it-18-il sena u ġejt inkorporat fis-Soċjeta b'ċeremonja apposta.
 
''Assenjatur'': Kuljum wara l-laqgħat tat-tfal, is-soċji jiltaqgħu flimkien għal siegħa ta' studju u talb.