Soċjetà tad-Duttrina Nisranija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
Il-M.U.S.E.U.M. hija soċjeta fi ħdan il-Knisja Kattolika ffurmata kollha kemm hi minn lajċi, irġiel u nisa li ma jiżżewġux iżda li lanqas mhuma qassisin jew sorijiet. L-għan tas-Soċjeta, li l-isem uffiċjali tag]ha huwa Soċjeta tad-Duttrina Nisranija, huwa li l-membri tagħha jikbru fil-ħajja Nisranija billi jitgħallmu u jgħallmu lill-oħrajn.
 
Meta [[Dun Ġorġ Preca]] ried jagħti isem lis-Soċjetà tiegħu, il-katekisti issuġġerew '''Mużew''' għax fih wieħed isib tagħlim siewi u mportanti. Lil Dun Ġorġ għoġbitu, u ppropona l-[[akronimu]] bil-[[Lingwa Latina|Latin]] M.U.S.E.U.M. għal '''<u>M</u>agister, <u>U</u>tinam <u>S</u>equatur <u>E</u>vangelium <u>U</u>niversus <u>M</u>undus''', li bil-[[Malti]] tfisser: ''Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju.''
 
Line 5 ⟶ 7:
F'Malta, kważi kull raħal għandu xi Dar tal-MUSEUM (''Qasam'', kif isibuha s-soċji) li fiha jattendu għat-tagħlim tfal bejn it-tmienja u s-sittax-il sena. Dawk li jkunu jridu jibqgħu fil-Mużew wara li jgħalqu s-sittax, ta' din l-età jibdew ukoll fil-formazzjoni tagħhom biex isiru soċji u jkunu b'hekk jistgħu jgħallmu huma nfushom.
 
Is-Soċjetà għandha wkoll oqsma u skejjel oħra fl-[[Awstralja]], is-[[Sudan]], fil-[[Kenja]], fil-[[Perù]], f'[[Londra]] u fl-[[Albanija]], u mill-2011 fil-Polonja u f'Kuba.