Kim Jong-il: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 13:
 
Fl-1945, Kim kellu tlieta jew erba' snin (skont is-sena tat-twelid tiegħu) meta t-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]] spiċċat u Korea reġgħet kisbet l-indipendenza mill-Ġappun. F'Settembru ta' dik is-sena, missieru rritorna lura lejn [[Pyongyang]] u lejn l-aħħar ta' Novembru Kim reġa' lura lejn il-Korea permezz ta' bastiment Sovjetiku li trakka f'[[Sonbong]]. Il-familja ttrasferixxiet f'palazz f'Pyongyang li qabel kien ta' uffiċċjal Ġappuniż, bi ġnien u pixxina. Ħu Kim Jong-il, "Shura" Kim (l-ewwel Kim Jong-il, imma magħruf aħjar bil-laqam Russu tiegħu), għereq hemmhekk fl-1948. Ċerti rapporti infundati jgħidu li kien Kim Jong-il, li kellu ħames snin, li kkawża dan l-aċċident.<ref name=post>{{ċita ktieb |titlu=Leaders and their followers in a dangerous world: the psychology of political behavior |kunjom=Post |isem=Jerrold M. |koawturi=Alexander George |paġni=243–244 |sena=2004 |editur=Cornell University Press |ISBN=ISBN 9780801441691 }}</ref> Fl-1949, ommu mietet waqt li kienet qed twelled;<ref>{{ċita web |url=http://www.atimes.com/atimes/Korea/GF04Dg03.html |titlu=The Kims' North Korea |editur=Asia Times |data=04-06-2005 |lingwa=Ingliż}}</ref> rapporti jgħidu li ommu setgħet ġiet maqtula u tħalliet tmut.<ref name=post/>
 
=== Edukazzjoni ===
 
Skont il-bijografija uffiċjali tiegħu, Kim kompla l-kors ta' edukazzjoni bażika bejn Settembru 1950 u Awwissu 1960. Hu attenda l-Iskola Primarja Nru. 4 u l-Iskola Sekondarja Nru. 1 f'Pyongyang.<ref>{{ċita web |url=http://www.korea-dpr.com/articles-ng/biography-kimjongil.htm |titlu=Kim Jong Il - Short Biography |editur=Pyongyang: Foreign Languages Press |sena=1998 |paġna=5 |lingwa=Ingliż}}</ref> Din hi kkuntrastata mal-verżjoni ta' akkademiċi barranin li jemmnu li aktarx li hu rċieva l-edukazzjoni bikrija tiegħu fir-[[Repubblika Popolari taċ-Ċina]] bħala prekawzjoni sabiex tiġi assigurata s-sigurtà tiegħu matul il-[[Gwerra Koreana]].<ref>{{ċita ktieb |isem=Bradley K. |kunjom=Martin |sena=2004 |titlu=Under the Loving Care of the Fatherly Leader |belt=New York |editur=St. Martin's Press |id=ISBN 0-312-32221-6 }}</ref>
 
Waqt li kien l-iskola, Kim kien involut fil-politika. Hu kien attiv fi ħdan l-Unjin taż-Żgħażagħ u l-Lega taż-Żgħażagħ Demokratiċi (DYL), fejn ħa sehem fi gruppi ta' studju tat-teorija politika [[Marksiżmu|Marksista]] u letteratura oħra. F'Settembru tal-1957 hu sar viċi-president tal-fergħa DYL tal-iskola sekondarja tiegħu. F'din il-kariga hu instiga programm ta' anti-fazzjożità u qalb sħabu tal-klassi prova jinkoraġġixi iktar edukazzjoni ideoloġika.
 
== Referenzi ==