Kim Jong-il: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Kim Jong Il tmexxa lejn Kim Jong-il
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Kimjongil-wave.jpg|thumb|200px|right|Ritratt ta' Kim Jong-il]]
{{stub}}
'''Kim Jong-il''' 김정일 ([[Khabarovsk]], [[16 ta' Frar]] [[1941]]) huwa l-kap ''[[de facto]]'' tar-[[Korea ta' Fuq|Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea]] (magħruf aħjar bħala l-Korea ta' Fuq). Hu hu s-suċċessur ta' missieru [[Kim Il-sung]], illi ggverna lill-Korea ta' Fuq mill-1948 sal-mewt tiegħu fl-1994 u li sal-lum il-ġurnata jżomm it-titlu ta' ''president perpetwu''. Huwa hu l-president tal-[[Kummissjoni ta' Difiża Nazzjonali tal-Korea ta' Fuq|Kummissjoni ta' Difiża Nazzjonali]] u segretarju tal-[[Partit tal-Ħaddiema tal-Kore]]a. Barra minn hekk, hu hu wkoll il-kmandant tal-[[Armata Popolari tal-Korea]], ir-[[Lista ta' pajjiżi skont in-numru ta' truppi|raba' l-ikbar armata fid-dinja]].
[[Stampa:Kimjongil-wave.jpg|thumb|200px|right|Ritratt ta' Kim Jong-il]]
 
'''Kim Jong-il''' (16 ta' Frar, 1941 - ), it-tifel tal-famuż [[Kim il Sung]] huwa l-mexxej attwali tal-[[Korea ta' Fuq]].
F'April tal-2009, il-kostituzzjoni tal-Korea ta' Fuq ġiet emendata u llum issejjaħlu l-"Kap Suprem",<ref>{{ċita web| url=http://news.bbc.co.uk/2/hi/asia-pacific/8279830.stm | editur=BBC News | titlu=N Korea constitution bolsters Kim | data=29-09-2009 | aċċess=07-05-2010 | lingwa=Ingliż }}</ref> u xi drabi wkoll bħala l-"Kap l-Għażiż".
 
== Tfulija ==
 
=== Twelid ===
 
Arkivji Sovjetiċi juru li Kim Jong-il twieled f'kamp militari qrib [[Khabarovsk]], fl-1941,<ref name="twelid">{{ċita web |url=http://news.bbc.co.uk/2/hi/asia-pacific/1907197.stm |titlu=Profile: Kim Jong-Il |editur=BBC News |awtur=Steve Herrmann |data=09-10-2006 |aċċess=17-12-2007 |lingwa=Ingliż}}</ref> fejn missieru, [[Kim Il-sung]] kien qiegħed imexxi l-ewwel Battaljun tat-88 Brigata Sovjetika, magħmula minn Ċiniżi u Koreani eżiljati. Ommu, Kim Jong-sul, kienet l-ewwel mara ta' Kim Il-sung. Matul iż-żogħżija tiegħu fl-[[Unjoni Sovjetika]], Kim Jong-il kien magħruf bħala '''Yuri Irsenovich Kim''' (Юрий Ирсенович Ким), fejn ħa mill-isem bir-Russu ta' missieru, Ir-sen.
 
Il-bijografija uffiċjali ta' Kim Jong-il<ref name=kapgħażiż>{{ċita web|url=http://www.korea-dpr.com/articles-ng/biography-kimjongil.htm |titlu=Biography of the Dear Leader Kim Jong Il |editur=Korea-dpr.com |data= |aċċess=05-12-2008 |lingwa=Ingliż}}</ref> tgħid li hu twieled f'kamp militari sigriet fil-[[Muntanja Baekdu]] (백두산) fil-Korea fis-16 ta' Frar 1942. Il-bijografiji uffiċjali jgħidu li t-twelid tiegħu fuq il-Muntanja Baekdu kienet prevista minn [[ħuttaf]], u mħabbra minn qawsalla doppja fuq il-muntanja u stilla ġdida fis-sema.
 
Fl-1945, Kim kellu tlieta jew erba' snin (skont is-sena tat-twelid tiegħu) meta t-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]] spiċċat u Korea reġgħet kisbet l-indipendenza mill-Ġappun. F'Settembru ta' dik is-sena, missieru rritorna lura lejn [[Pyongyang]] u lejn l-aħħar ta' Novembru Kim reġa' lura lejn il-Korea permezz ta' bastiment Sovjetiku li trakka f'[[Sonbong]]. Il-familja ttrasferixxiet f'palazz f'Pyongyang li qabel kien ta' uffiċċjal Ġappuniż, bi ġnien u pixxina. Ħu Kim Jong-il, "Shura" Kim (l-ewwel Kim Jong-il, imma magħruf aħjar bil-laqam Russu tiegħu), għereq hemmhekk fl-1948. Ċerti rapporti infundati jgħidu li kien Kim Jong-il, li kellu ħames snin, li kkawża dan l-aċċident.<ref name=post>{{ċita ktieb |titlu=Leaders and their followers in a dangerous world: the psychology of political behavior |kunjom=Post |isem=Jerrold M. |koawturi=Alexander George |paġni=243–244 |sena=2004 |editur=Cornell University Press |ISBN=ISBN 9780801441691 }}</ref> Fl-1949, ommu mietet waqt li kienet qed twelled;<ref>{{ċita web |url=http://www.atimes.com/atimes/Korea/GF04Dg03.html |titlu=The Kims' North Korea |editur=Asia Times |data=04-06-2005 |lingwa=Ingliż}}</ref> rapporti jgħidu li ommu setgħet ġiet maqtula u tħalliet tmut.<ref name=post/>
 
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
 
[[an:Kim Jong-Il]]