Tazza tad-Dinja tal-Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 48:
 
It-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934|Tazza tad-Dinja 1934]] saret ġewwa l-[[Italja]], u kienet l-ewwel Tazza tad-Dinja li fiha inkludiet il-fażi ta' kwalifika. Sittax-il tim ikkwalifikaw għall-fażi finali, numru li baqa' l-istess sas-sena 1982 meta dan l-istess numru ta' parteċipanti ġie estiż. L-Urugwaj, rebbieħa tal-edizzjoni preċedenti, kienu għadhom diżappuntati wara l-prestazzjoni tal-Ewropej fl-1930, u ibbojkotjaw it-Tazza tad-Dinja 1934. Il-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bolivja|Bolivja]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Paragwaj|Paragwaj]] kienu assenti, sabiex din is-sitwazzjoni poġġiet lill-Arġentina u lill-Brażil mal-ewwel fil-fażi finali mingħajr il-bżonn li jilgħabu logħba ta' kwalifika. L-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Eġittu|Eġittu]] sar l-ewwel tim [[Afrika]]n li kkompeta, però tilef kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija|Ungerija]] fl-ewwel rawnd. L-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja|Italja]] rebħu dan it-turnew, imma kellhom isibu quddiem wiċċhom kritika ħarxa fuq kif it-Taljani kienu aktar privileġġati fil-grawnd, b'[[Benito Mussolini]] jistqarr li kien influwenza l-għażla tar-referis għall-partiti tat-Taljani.<ref>{{ċita web |url=http://news.bbc.co.uk/2/hi/uk_news/magazine/3128202.stm |titlu=Football, fascism and England's Nazi salute |editur=BBC |aċċess=13-04-2006 |lingwa=Ingliż}}</ref>
 
====1938====
 
Għal darb'oħra, it-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1938|Tazza tad-Dinja 1938]] saret fl-Ewropa b'diżappunt kbir min-naħa tas-Sud-Amerikani, fejn l-Urugwaj u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Arġentina|Arġentina]] bbojkotjaw din l-edizzjoni. Għall-ewwel darba fl-istorja r-rebbieħ tal-edizzjoni preċedenti u l-ospitu tal-kompetizzjoni ngħataw post awtomatiku fil-fażi finali. Wara logħba ta' spareġġ kontra l-Latvja, l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstrija|Awstrija]] qatgħet passaġġ dirett lejn il-finali imma minħabba l-[[Anschluss]] f'April tal-1938, ma setgħetx tieħu sehem. Posthom ġie offrut lill-Ingilterra li min-naħa tagħha rrifjutat. Din ħalliet biss ħmistax-il pajjiż jikkompeti. [[Franza]], li żammet ġewwa darha din il-kompetizzjoni, ma rebħitx din l-edizzjoni fejn b'hekk din kienet l-ewwel darba li pajjiż ospitu ma rebaħx dan it-turnew. Kienu l-Italja li żammew it-titlu għandhom wara li fil-finali għelbu lill-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija|Ungerija]]. L-attakkant Pollakk [[Ernest Willimowski]] sar l-ewwel plejer li skorja erba' gowls f'logħba tat-Tazza tad-Dinja fit-telfa tal-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Polonja|Polonja]] bl-iskor ta' 6–5 kontra l-Brażil.
 
====Il-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija====
 
It-Tazza tad-Dinja tal-FIFA kienet skedata li ssir fl-1942. Fit-23 Kungress tal-FIFA li sar fit-13 ta' Awwissu 1936 f'[[Berlin]], il-Ġermanja tefgħet uffiċjalment l-applikazzjoni tagħha. F'Ġunju tal-1939, il-Brażil applika wkoll biex jospita dan it-turnew. Madanakollu, wara l-bidu tat-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]], il-pjanijiet futuri għat-Tazza tad-Dinja 1942 ġew imħassra. Il-konsegwenzi xejn sbieħ ta' wara l-gwerra waslu wkoll għat-tħassir tat-turnew tal-1946.
 
==It-Trofew==