Tazza tad-Dinja tal-Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 38:
 
===L-ewwel Tazza tad-Dinja===
[[Stampa:Estadiocentenario.JPG|thumb|[[Estadio Centenario]], il-post fejn saret il-finali tat-Tazza tad-Dinja 1930 f'[[Montevideo]], [[Urugwaj]]]]
 
L-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1932|Olimpjadi tas-sajf tal-1932]] li saru ġewwa Los Angles ma kienx mistenni li fil-programm ta' logħob jiġi nkluż il-futbol minħabba li l-logħba tal-futbol ma kinitx tgawdi minn popolarità kbira fl-[[Stati Uniti tal-Amerika|Istati Uniti]]. Il-FIFA u l-[[Kumitat Olimpiku Internazzjonali|KOI]] unanimament ma qablux fuq l-istat ta' plejers dilettanti, u dawn ġew imwaqqgħin mil-Logħob.<ref>{{ċita web |url=http://www.bbc.co.uk/dna/h2g2/A565148 |titlu=The Football World Cup — An Introduction |editur=BBC |aċċess=01-03-2006 |lingwa=Ingliż}}.</ref> Il-president tal-FIFA [[Jules Rimet]] beda jipprepara għall-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930|edizzjoni inawgurali]] tat-Tazza tad-Dinja li kellha ssir fl-Urugwaj fl-1930. L-assoċjazzjonijiet nazzjonali ta' numru partikulari ta' pajjiżi ġew mistiedna li jibgħatu tim, imma l-għażla tal-Urugwaj bħala l-post fejn kienet se ssir il-kompetizzjoni fisser li għal timijiet Ewropej dan kien se jkun vjaġġ twil u għali. Fil-fatt, l-ebda pajjiż Ewropew ma kkonferma li kien se jibgħat tim, sakemm xahrejn qabel il-bidu tal-kompetizzjoni, fejn Rimet irnexxielu jipperswadi lil timijiet mill-[[Belġju]], [[Franza]], ir-[[Rumanija]], u l-[[Jugożlavja]] sabiex jagħmlu dan il-vjaġġ. Kienu tlettax-il tim li ħadu sehem—sebgħa mill-[[Amerika t'Isfel]], erbgħa mill-[[Ewropa]] u tnejn mill-[[Amerika ta' Fuq]].
 
L-ewwel żewġ partiti tat-Tazza tad-Dinja ħadu post fit-13 ta' Lulju 1930, u kienu jinvolvu lil [[Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza|Franza]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti|Istati Uniti]], li għelbu lill-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Messiku|Messiku]] 4–1 u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Belġju|Belġju]] 3–0 rispettivament. L-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja ġie skurjat minn [[Lucien Laurent]] ta' Franza. Erbat ijiem wara ġiet skurjata l-ewwel tripletta fit-Tazza tad-Dinja mill-Amerikan [[Bert Patenaude]] fir-rebħa tal-Istati Uniti ta' 3–0 kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Paragwaj|Paragwaj]]. Fil-finali, l-Urugwaj għelbet lill-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Arġentina|Arġentina]] 4–2 quddiem folla ta' 93,000 f'[[Montevideo]], biex b'hekk sar l-ewwel pajjiż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja.
 
===1934–1938===
 
====1934====
 
It-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934|Tazza tad-Dinja 1934]] saret ġewwa l-[[Italja]], u kienet l-ewwel Tazza tad-Dinja li fiha inkludiet il-fażi ta' kwalifika. Sittax-il tim ikkwalifikaw għall-fażi finali, numru li baqa' l-istess sas-sena 1982 meta dan l-istess numru ta' parteċipanti ġie estiż. L-Urugwaj, rebbieħa tal-edizzjoni preċedenti, kienu għadhom diżappuntati wara l-prestazzjoni tal-Ewropej fl-1930, u ibbojkotjaw it-Tazza tad-Dinja 1934. Il-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bolivja|Bolivja]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Paragwaj|Paragwaj]] kienu assenti, sabiex din is-sitwazzjoni poġġiet lill-Arġentina u lill-Brażil mal-ewwel fil-fażi finali mingħajr il-bżonn li jilgħabu logħba ta' kwalifika. L-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Eġittu|Eġittu]] sar l-ewwel tim [[Afrika]]n li kkompeta, però tilef kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija|Ungerija]] fl-ewwel rawnd. L-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja|Italja]] rebħu dan it-turnew, imma kellhom isibu quddiem wiċċhom kritika ħarxa fuq kif it-Taljani kienu aktar privileġġati fil-grawnd, b'[[Benito Mussolini]] jistqarr li kien influwenza l-għażla tar-referis għall-partiti tat-Taljani.<ref>{{ċita web |url=http://news.bbc.co.uk/2/hi/uk_news/magazine/3128202.stm |titlu=Football, fascism and England's Nazi salute |editur=BBC |aċċess=13-04-2006 |lingwa=Ingliż}}</ref>
 
==It-Trofew==