Bijodiversità: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Modifying: lt:Biologinė įvairovė; kosmetiċi bidliet
Linja 1:
[[ImageStampa:View from Bukit Terisek.jpg|thumb|300px|Il-foresti tropikali huma fost il-postijiet li wieħed isib ħafna bijodiversità. Waħda mir-raġuni li hu ħażin li jinqatgħu s-siġar ta' dawn il-ġungli hi li meta jseħħ dan, jinqerdu wkoll ħafna speċi ta' kreaturi.]]
 
Il-'''bijodiversità''' hija l-varjazzjoni ta' forom ta' ħajja li wieħed jista' jsib per eżempju f'eko-sistema, fid-dinja, eċċetra. Il-bijodiversità tista' tintuża biex tiġi kkalkulata l-qawwa ta' sistemi bijoloġiċi. Il-bijodiversità fid-dinja jikkonsisti fil-miljuni ta' miljuni ta' speċi li wieħed isib madwar id-dinja, frott ta' 4 biljun (4,000,000,000) sena ta' evoluzzjoni.
Linja 7:
Wieħed isib diversi raġunijiet għaliex il-bijodiversità hija importanti:
 
=== Tista' tiġi meħlusa katastrofi ===
Fl-għelieqi jitkabbru speċi waħda biss. Minħabba dan in-nuqqas ta' bijodiversità, meta tiġi xi marda u pjanta waħda minn ġo għalqa partikulari timrad, tista' tgħid li l-pjanti kollha ta' dik l-għalqa jimordu.
 
 
 
=== Ikel u xorb ===
Għalkemm madwar 80% ta' l-ikel tal-bniedem jiġi minn xi 20 speċi ta' pjanti, huwa kkalkulat li l-bniedem kuljum ikollu bżonn madwar erbgħin elf (40,000) speċi ta' annimali u pjanti (għall-ħwejjeġ, għall-bini - per eżempju jintuża l-injam, għall-għamara, eċċetra).
 
=== Mediċina ===
Madwar 40% tal-mediċina fl-Istati Uniti, hemm fihom kimiċi li wieħed isib fi speċi ta' annimali u pjanti. Ħafna mediċini jsiru minn mikro-organiżmi.
 
=== Materjali fl-industrija ===
Ħafna affarijiet bħaż-żejt, kolla, gomma u materjali oħra jiġu direttament minn riżorsi bijoloġiċi.
 
=== Pjaċir ===
Postijiet b'bijodiversità kbira jistg]u joffru postijiet fejn il-bnedmin ikunu jistgħu jirrilassaw, jew jagħmlu attivitajiet bħall-''bird-watching'' u ''hikes''. Il-proġett tal-''Foresta 2000'' (Malta) fil-futur ikun post fejn attivitajiet bħal dawn ikunu possibli.
 
== Theddid ==
 
Fis-seklu li għadda, il-bijodiversità soffriet ħafna. Xi studji juru li speċi waħda tal-pjanti minn kull tmienja hi mhedda u hemm ċans li tispiċċa estinta. Xi drabi l-kelma HIPPO tintuża biex turi l-fatturi li jeqirdu l-ambjent: '''H''' = ''Habitat Destruction'' (qerda tal-''habitat''); '''I''' = ''Invasive species'' (meta jiġu introdotti speċi li jagħmu ħsara lill-flora u fawna li hemm diġa' - speċi invażivi); '''P''' = ''Pollution'' (it-tniġġiż); '''P''' = ''Population'' (il-popolazzjoni - f'dan il-każ tal-bniedem); '''O''' = ''Overharvesting'' (meta oġġett jiġi użat iktar milli jmissu).
 
=== Qerda tal-''Habitat'' ===
[[ImageStampa:World population (UN).svg|thumb|left5200px|Il-popolazzjoni tad-dinja sa l-2050 (maqsuma f'diversi lokalitajiet) skond in-Nazzjonijiet Uniti (UN)]]
 
Mis-snin 1000W.K. s'issa, tista' tgħid li l-maġġoranza ta' kreaturi ġew estinti tort tal-bniedem. Il-popolazzjoni tad-dinja qiegħda kull ma jgħaddi ż-żmien dejjem tiżdied. Bħal issa l-popolazzjoni tad-dinja hija ta' 6 billjun (6,000,000,000) ruħ. Madanakollu sa l-2050 din iċ-ċifra ġiet stmata li se tkun madwar 9.2 biljun (9,200,000,000) ruħ. Barra minn hekk, kuljum, mheded kbar ta' art kuljum jitqaċċtu s-siġar minn fuqhom. Dan isir biex jew għal skopijiet ta' biedja jew bini. Sfortunatament, l-ħamrija ta' dawn il-foresti malajr ma tibqax fertili u minħabba f'hekk siġar oħrajn jiġu mqaċċta biex jagħmlu spazju għall-għelieqi ġodda. Is-siġar huma ferm importanti biex inaqqsu l-ammont ta' diossiku tal-karbonju (CO<sub>2</sub>) li hu meqjus bħala gass li jista' jikkawża l-''Global Warming''. Fihom insibu wkoll ħafna speċi ta' annimali u pjanti li jekk jinqered dan il-''habitat'' tagħhom jistgħu jiġu estinti. Is-siġar iżommu l-ħamrija f'postha. Għalhekk il-ħamrija tiġi evitata milli tinxtered jew tikkawża li ''mud-slide'' li tista' tkun fatali. Kull forma ta' tniġġiż (ta' l-arja, tal-baħar u xmajjar, id-dawl żejjed, l-istorbju) ikkawżata mill-bniedem tista' teqred wkoll il-''habitat'' ta' ħafna kreaturi. Dawn il-fatturi kollha li hawn imsemmija jistgħu joħolqu tibdil ta' klima (bħall-''Global Warming'') li tista teqred ħafna ''habitats''.
 
=== Introduzzjoni ta' speċi ġdida ===
Meta biż-żmien il-pjanti u l-annimali bdew jevolvu, in-natura ħolqot barrieri bejniethom li b'hekk wasslet biex jevolvew kreaturi ġodda. Madanakollu meta l-bniedem imexxi minn post għall-ieħor pjanti jew annimali dawn jistgħu jsiru speċi invażiva u tista' tagħmel il-ħsara lill-ispeċi indiġeni.
 
=== Organiżmi ġenetikament mibdula ===
Organiżmi Ġenetikament Mibdula (jew GMO - ''Genetically Modified Organisms'') huma kreaturi li l-materjal ġenetiku tagħhom ikun mibdul. Dan sar fil-biedja meta xi prodotti ġew mibdula ġenetikament biex iżidu fil-produttivita' jew għal raġunijiet simili. Il-biża' li jistgħu joħolqu il-GMO hi li jistgħu ikollhom impatt fuq speċi oħra u li jistgħu jwasslu biex jagħmlu ''hybrids'' ma' speċi oħra.
 
== Konservazzjoni ==
Illum il-ġurnata n-nies saru iktar konxji ta' l-ambjent. Sa minn eta' żgħira, t-tfal qed jiġu edukati iżjed fuq l-ambjent. Qbil bejn il-pajjiżi tad-dinja qed jġgħielu li l-bijodiversità tiġi kkonservata, jinħolqu mezzi oħrajn biex tibqa' sostenibbli, u li l-ġid li jinħoloq minn dan kollu jiġi mqassam bejn il-popli.
 
== Ħoloq esterni ==
 
[[CategoryKategorija:Bijodiversità| ]]
[[CategoryKategorija:Xjenza ambjentali]]
 
[[af:Biodiversiteit]]
Linja 77:
[[kn:ಜೀವವೈವಿಧ್ಯ]]
[[ko:생물다양성]]
[[lt:BioįvairovėBiologinė įvairovė]]
[[lv:Bioloģiskā daudzveidība]]
[[ml:ജൈവവൈവിധ്യം‍]]