Tazza tad-Dinja tal-Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 25:
===Kompetizzjonijiet internazzjonali preċedenti===
 
L-ewwel logħba internazzjonali ntlagħbet fl-1872 bejn l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra|Ingilterra]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iskozja|Iskozja]],<ref name="l-ewwel logħba">{{ċita web |url=http://www.bbc.co.uk/scotland/sportscotland/asportingnation/article/0012/ |titlu=The first international football match |editur=BBC |aċċess=17-01-2009 |lingwa=Ingliż}}</ref> minkejja li f'dak l-istadju l-isport ftit li xejn kien magħruf barra mir-[[Renju Unit]].
 
Madanakollu, mal-bidu tas-seklu 20 il-folja nqalbet hekk kif il-popolarità ta' dan l-isport kibret fuq skala internazzjonali u assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-futbol bdew jiġu fundati. L-ewwel logħba internazzjonali uffiċjali barra r-Renju Unit kienet bejn [[Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza|Franza]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Belġju|Belġju]] ġewwa [[Pariġi]] f'Marzu tal-1904.<ref name="l-ewwel logħba internazzjonali">{{ċita web |url=http://www.fifa.com/classicfootball/history/fifa/historyfifa1.html |titlu=History of FIFA - Foundation |editur=FIFA.com |aċċess=02-08-2009 |lingwa=Ingliż }}</ref> Din wasslet għall-fundazzjoni tal-[[FIFA]] f'Pariġi fit-22 ta' Mejju 1904, li kienet tinkludi assoċjazzjonijiet tal-futbol minn [[Franza]], il-[[Belġju]], id-[[Danimarka]], l-[[Olanda]], [[Spanja]], l-[[Żvezja|Iżvezja]], l-[[Żvizzera|Iżvizzera]] u l-[[Ġermanja]].
 
Il-futbol kompla jeskala fil-popolarità tiegħu, u dan l-isport daħal fost id-dixxiplini li ntlagħbu fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1900|Olimpjadi tas-sajf tal-1900]] u l-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1904|1904]], sakemm imbagħad sar uffiċjalment superviżat mill-FIFA fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1908|edizzjoni tal-1908]] tal-Logħob Olimpiku tas-sajf.<ref name="Olimpjadi 1908">{{ċita web |url=http://www.fifa.com/tournaments/archive/tournament=512/edition=196952/overview.html |titlu=London, 1908 |editur=FIFA.com |aċċess=17-01-2009 |lingwa=Ingliż }}</ref> Organizzat mill-[[Federazzjoni tal-futbol tal-Ingilterra|Assoċjazzjoni tal-Futbol]] tal-[[Ingilterra]], l-avveniment kien wieħed għal plejers dilettanti u kien aktar imħares lejh bħala għall-gost milli għal kompetizzjoni. It-[[Tim nazzjonali tal-futbol tad-dilettanti tal-Ingilterra|tim nazzjonali tad-dilettanti Ingliż]] rebaħ l-avveniment kemm fl-1908 u anki fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1912|1912]].
 
Il-FIFA, fl-1906, ippruvat torganizza turnew internazzjonali tal-futbol bejn pajjiżi 'l barra mill-qafas Olimpiku u dan sar ġewwa l-Iżvizzera. Dan kien żmien kmieni ħafna għall-futbol inernazzjonali u l-istorja uffiċjali tal-FIFA tiddeskrivi bħala falliment lil dan l-avveniment.
Linja 35:
Bl-avveniment Olimpiku jkompli jinvolvi bis timijiet dilettanti, kompetizzjonijiet li jiġu kontestati minn timijiet professjonali bdew jidhru wkoll f'dan l-istadju. It-[[Torneo Internazionale Stampa Sportiva]] li sar f'[[Turin]] ġewwa l-[[Italja]], fl-1908, kienet fost l-ewwel u s-sena ta' wara [[Thomas Lipton|Sir Thomas Lipton]] organizza s-[[Sir Thomas Lipton Trophy]], li sar ukoll ġewwa Turin. Iż-żewġ kompetizzjonijiet intlagħbu bejn [[klabb tal-futbol|klabbs]] individwali (mhux timijiet nazzjonali), kull wieħed rappreżentant ta' pajjiż sħiħ.
 
Fl-1914, il-FIFA qablet li tirrikonoxxi t-turnew Olimpiku bħala "kampjonat dinji tal-futbol għal dilettanti",<ref>{{ċita web |url=http://www.fifa.com/en/history/history/0,1283,4,00.html |titlu=Where it all began |editur=FIFA.com |aċċess=10-04-2006 |lingwa=Ingliż }}</ref> u ħadet ir-responsabilità li torganizza l-avveniment. Dan wassal għall-ewwel kompetizzjoni tal-futbol interkontinentali fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1920|Olimpjadi tas-sajf 1920]], mirbuħa mill-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Belġju|Belġju]]. L-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Urugwaj|Urugwaj]] segwew b'żewġ rebħiet konsekuttivi fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1924|1924]] u fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1928|1928]]. Fl-1928 kien deċiż min-naħa tal-FIFA li tospita t-turnew internazzjonali tagħhom. Bl-Urugwaj ikunu ċampjins uffiċjali għal darbtejn infila u ftit 'il bogħod miċ-ċelebrazzjoni miċ-ċentenarju mill-indipedenza fl-1930, FIFA għażlet lill-Urugwaj bħala l-ospitu.
 
===L-ewwel Tazza tad-Dinja===
 
L-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1932|Olimpjadi tas-sajf tal-1932]] li saru ġewwa Los Angles ma kienx mistenni li fil-programm ta' logħob jiġi nkluż il-futbol minħabba li l-logħba tal-futbol ma kinitx tgawdi minn popolarità kbira fl-[[Stati Uniti tal-Amerika|Istati Uniti]]. Il-FIFA u l-[[Kumitat Olimpiku Internazzjonali|KOI]] unanimament ma qablux fuq l-istat ta' plejers dilettanti, u dawn ġew imwaqqgħin mil-Logħob. Il-president tal-FIFA [[Jules Rimet]] beda jipprepara għall-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930|edizzjoni inawgurali]] tat-Tazza tad-Dinja li kellha ssir fl-Urugwaj fl-1930. L-assoċjazzjonijiet nazzjonali ta' numru partikulari ta' pajjiżi ġew mistiedna li jibgħatu tim, imma l-għażla tal-Urugwaj bħala l-post fejn kienet se ssir il-kompetizzjoni fisser li għal timijiet Ewropej dan kien se jkun vjaġġ twil u għali. Fil-fatt, l-ebda pajjiż Ewropew ma kkonferma li kien se jibgħat tim, sakemm xahrejn qabel il-bidu tal-kompetizzjoni, fejn Rimet irnexxielu jipperswadi lil timijiet mill-[[Belġju]], [[Franza]], ir-[[Rumanija]], u l-[[Jugożlavja]] sabiex jagħmlu dan il-vjaġġ. Kienu tlettax-il tim li ħadu sehem—sebgħa mill-[[Amerika t'Isfel]], erbgħa mill-[[Ewropa]] u tnejn mill-[[Amerika ta' Fuq]].
 
==It-Trofew==