Tazza tad-Dinja tal-Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 20:
 
It-Tazza tad-Dinja huwa l-aktar avveniment sportiv segwit fid-dinja, bi stima ta' 715.1 miljun persuna li raw il-partita finali tat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006|Tazza tad-Dinja 2006]] li saret ġewwa l-[[Ġermanja]]. It-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010|Tazza tad-Dinja]] li jmiss se ssir fl-[[Afrika t'Isfel]], bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010.
 
==Storja==
 
===Kompetizzjonijiet internazzjonali preċedenti===
 
L-ewwel logħba internazzjonali ntlagħbet fl-1872 bejn l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra|Ingilterra]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iskozja|Iskozja]], minkejja li f'dak l-istadju l-isport ftit li xejn kien magħruf barra mir-[[Renju Unit]].
 
Madanakollu, mal-bidu tas-seklu 20 il-folja nqalbet hekk kif il-popolarità ta' dan l-isport kibret fuq skala internazzjonali u assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-futbol bdew jiġu fundati. L-ewwel logħba internazzjonali uffiċjali barra r-Renju Unit kienet bejn [[Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza|Franza]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Belġju|Belġju]] ġewwa [[Pariġi]] f'Marzu tal-1904. Din wasslet għall-fundazzjoni tal-[[FIFA]] f'Pariġi fit-22 ta' Mejju 1904, li kienet tinkludi assoċjazzjonijiet tal-futbol minn [[Franza]], il-[[Belġju]], id-[[Danimarka]], l-[[Olanda]], [[Spanja]], l-[[Żvezja|Iżvezja]], l-[[Żvizzera|Iżvizzera]] u l-[[Ġermanja]].
 
Il-futbol kompla jeskala fil-popolarità tiegħu, u dan l-isport daħal fost id-dixxiplini li ntlagħbu fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1900|Olimpjadi tas-sajf tal-1900]] u l-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1904|1904]], sakemm imbagħad sar uffiċjalment superviżat mill-FIFA fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1908|edizzjoni tal-1908]] tal-Logħob Olimpiku tas-sajf. Organizzat mill-[[Federazzjoni tal-futbol tal-Ingilterra|Assoċjazzjoni tal-Futbol]] tal-[[Ingilterra]], l-avveniment kien wieħed għal plejers dilettanti u kien aktar imħares lejh bħala għall-gost milli għal kompetizzjoni. It-[[Tim nazzjonali tal-futbol tad-dilettanti tal-Ingilterra|tim nazzjonali tad-dilettanti Ingliż]] rebaħ l-avveniment kemm fl-1908 u anki fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1912|1912]].
 
Il-FIFA, fl-1906, ippruvat torganizza turnew internazzjonali tal-futbol bejn pajjiżi 'l barra mill-qafas Olimpiku u dan sar ġewwa l-Iżvizzera. Dan kien żmien kmieni ħafna għall-futbol inernazzjonali u l-istorja uffiċjali tal-FIFA tiddeskrivi bħala falliment lil dan l-avveniment.
 
Bl-avveniment Olimpiku jkompli jinvolvi bis timijiet dilettanti, kompetizzjonijiet li jiġu kontestati minn timijiet professjonali bdew jidhru wkoll f'dan l-istadju. It-[[Torneo Internazionale Stampa Sportiva]] li sar f'[[Turin]] ġewwa l-[[Italja]], fl-1908, kienet fost l-ewwel u s-sena ta' wara [[Thomas Lipton|Sir Thomas Lipton]] organizza s-[[Sir Thomas Lipton Trophy]], li sar ukoll ġewwa Turin. Iż-żewġ kompetizzjonijiet intlagħbu bejn [[klabb tal-futbol|klabbs]] individwali (mhux timijiet nazzjonali), kull wieħed rappreżentant ta' pajjiż sħiħ.
 
Fl-1914, il-FIFA qablet li tirrikonoxxi t-turnew Olimpiku bħala "kampjonat dinji tal-futbol għal dilettanti", u ħadet ir-responsabilità li torganizza l-avveniment. Dan wassal għall-ewwel kompetizzjoni tal-futbol interkontinentali fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1920|Olimpjadi tas-sajf 1920]], mirbuħa mill-Belġju. L-Urugwaj segwew b'żewġ rebħiet konsekuttivi fl-1924 u fl-1928. Fl-1928 kien deċiż min-naħa tal-FIFA li tospita t-turnew internazzjonali tagħhom. Bl-Urugwaj ikunu ċampjins uffiċjali għal darbtejn infila u ftit 'il bogħod miċ-ċelebrazzjoni miċ-ċentenarju mill-indipedenza fl-1930, FIFA għażlet lill-Urugwaj bħala l-ospitu.
 
==It-Trofew==