Louis Galea: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''Louis Galea''' ([[Mqabba]], [[2 ta' Jannar]] [[1948]]<ref name="cv">{{ċita web |url=http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/201002/20100225ATT69574/20100225ATT69574EN.pdf |titlu=Curriculum Vitae of Louis Galea |publikatureditur=[[Parlament Ewropew|europarl.europa.eu |xogħol=[[Parlament Ewropew]] |format=PDF |lingwa=Ingliż }}</ref>) huwa r-rappreżentant [[Malta|Malti]] fil-[[Qorti tal-Awdituri]].
 
== Bijografija ==
Linja 7:
=== Edukazzjoni ===
 
Galea iggrawda b'Baċellerat tal-Arti fl-[[Storja|Istorja]], l-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]] u l-[[Ekonomija]] u għallem l-Istorja u l-Ingliż fil-livell sekondarju fil-[[Kulleġġ De La Salle]] fil-[[Kottonera]]. Suċċessivament, fl-1970 daħal fl-Università ta' Malta bħala student tal-liġi u ggrawda bid-Dottorat tal-Liġi fl-1975 fejn speċjalizza t-teżi fuq "''Collective Bargaining and the Law in Malta''". Hu kien il-president tal-Korporazzjoni Kattolika tal-Istudenti (1969), segretarju tal-Kunsill Rappreżentattiv tal-Istudenti (1972), u president tal-istess Kunsill (1973).<ref>{{ċita web |url=http://www.louisgalea.com/html/bio.html |titlu=Biography |publikatureditur=louisgalea.com |lingwa=Ingliż}}</ref> Għal xi żmien kien ukoll jgħallem fl-Università. L-orjentazzjoni ta' wieħed [[Politika xellugija|xellugi]] kienet evidenti diġà fi żmien bħala student.
 
=== Politika ===
Linja 17:
Mill-1972, Dr. Galea serva bħala membru fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonali u fil-Kumitat Eżekuttiv, u kien membru fil-Kunsill Amministrattiv mill-1975 sal-1987. Hu ġie elett għall-ewwel darba fil-[[Kamra tad-Deputati ta' Malta|Parlament Malti]] fl-1976, fejn suċċessivament baqa' jiġi elett f'kull leġislatura. Fl-1976, il-PN u l-kap tal-[[Partit Laburista (Malta)|Oppożizzjoni]] tawh ir-rwol ta' [[Shadow Minister]] sabiex jissorvelja l-impjieg nazzjonali u l-politika soċjali, u sabiex jiskrutinizza d-deċiżjonijiet u l-ispiża tal-gvern f'dan il-qasam.
 
Wara l-elezzjoni tal-1987, Galea ġie maħtur Ministru tal-Politika Soċjali. F'dan is-settur seħħew numru ta' riformi taħt it-tmexxija tiegħu, fejn mexxa numru ta' modifiki fil-liġijiet u riformi fil-leġislatura tas-[[sigurtà soċjali]] u l-benessri soċjali. Hu nnegozja u kkonkluda qbil bilatreli rigward is-sigurtà soċjali mal-[[Awstralja]], il-[[Kanada]], il-[[Libja]] u r-[[Renju Unit]].<ref name="cv"/> Fl-1992 hu nħatar bħala Ministru għall-Affarijiet Interni u Żvilupp Soċjali, fejn biddel l-isem tal-[[ħabs ta' Kordin]] għal "faċilità korrettiva".<ref>{{ċita web |url=http://www.maltatoday.com.mt/2008/03/16/n5.html |titlu=Louis Galea: The rise and fall of a Maltese Christian Democrat |awtur=James Debono |data=16-03-2008 |publikatureditur=MaltaToday |lingwa=Ingliż}}</ref> Taħt dan il-ministeru hu għamel riforma fil-Forza tal-Pulizija ta' Malta, daħħal kunċetti moderni ta' Protezzjoni Ċivili u beda proċess ta' riforma fid-Dipartment tal-Ħabs sabiex jiġi trasformat f'Dipartment ta' Servizzi Korrettivi modern. Fis-settur tas-saħħa, proġetti u programmi li jinkludu l-formazzjoni ta' sptar speċjalizzat tal-[[ġerjatrika]], l-iżvilupp ta' ċentru f'Malta tal-[[onkoloġija]] u t-tnedija ta' sptar ġenerali ġdid (illum l-[[Sptar Mater Dei|Isptar Mater Dei]]). Hu wkoll waqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Ugwaljanza tan-Nisa mal-Irġiel, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, is-[[SEDQA]] (aġenzija nazzjonali li tipprovdi programmi ta' rijabilitazzjoni u prevenzjoni mill-abbuż tal-alkoħol u d-droga), flimkien maċ-ċentru ta' rijabilitazzjoni ta' San Blas (bl-għajnuna tal-[[CARITAS]]), u l-ftuħ mill-Fondazzjoni Richmond ta' Villa Chelsea għal persuni bi problemi mentali.
 
Fl-1996 ħa l-inkarigu bħala Shadow Minister tal-Edukazzjoni waqt li wara l-elezzjonijiet tal-1998, Dr. Galea ġie maħtur Ministru tal-Edukazzjoni u l-Kultura. Taħt dan il-Ministeru hu inkluda Kurrikulu Nazzjonali ġdid, u t-twaqqif tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija ([[MCAST]]) sabiex jipprovdi taħriġ u edukazzjoni professjonali u vokazzjonali, il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki, iċ-Ċentru Malti għar-Restawr, iċ-Ċentru għall-Arti u l-Kreattività u l-Kunsill Malti tal-Lingwa.