Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Emerson Ferreira da Rosa"

l-ebda taqsira
|tim_nazzjonali1 = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil|Brażil]]
|preż_nazzjonali1 = 73
|gowls_nazzjonali1 = 6<ref>{{ċita web |url=http://fifaworldcup.yahoo.com/06/en/w/player/171149_EMERSON.html |titlu=Profil ta' Emerson |publikatureditur=fifaworldcup.yahoo.com |data=01-07-2006 |lingwa=Ingliż}}</ref>
|aġġornament = 17:43, 3 Ġunju 2010 (UTC)
}}
Wara li beda l-avventura Ewropea mat-tim Ġermaniż ta' [[Bayer 04 Leverkusen|Bayer Leverkusen]], Emerson ingħaqad ma' [[AS Roma]] fejn rebaħ il-kampjonat u kif ukoll is-[[Supertazza Taljana]] fl-2001. Il-prestazzjonijiet impressjonanti għal Roma fl-[[Kampjonat tal-futbol Taljan 2003-04|istaġun 2003–04]], wasslu għal klabbs bħal [[Juventus FC|Juventus]] kif ukoll [[Real Madrid CF|Real Madrid]] biex jinteressaw irwieħhom fil-plejer biex jakkwistawh matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Wara saga twila fuq il-futur tiegħu, Roma xtaqu li jbiegħhuh lil Real Madrid minflok lir-rivali Juventus però Emerson xtaq li jmur ma' Juventus, fejn mexa mal-passi tal-kowċ [[Fabio Capello]] biex ingħaqad ma' Juventus għal somma ta' madwar 15-il miljun [[Ewro]]. Wara żewġ staġuni mat-tim minn Turin, hu ttrasferixxa ma' Real Madrid għal darb'oħra flimkien ma' Capello. Madankollu, minħabba r-relazzjoni xejn tajba li kellu ma' Capello flimkien ma' prestazzjonijiet xejn konvinċenti, Emerson wera x-xewqa li jirritorna lura lejn Juventus f'Jannar tal-2007 anke jekk kien jaf li b'konsegwenza t'hekk kien se jinżel is-salarju. Però, sa Mejju, il-prestazzjonijiet mat-tim Madrilen tjiebu, u flimkien mar-riżultati tajbin li kien qed jikseb it-tim, nhar it-12 ta' Mejju 2007 hu ddikjara l-intenzjoni li jibqa' ma' Real. Imma, f'konverżazzjoni fuq il-programm tar-radju "El Larguero", il-president ta' Real Madrid [[Ramon Calderon]], qal li Emerson jista' jħalli lil Real Madrid dak is-sajf flimkien mal-attakant Taljan [[Antonio Cassano]] minħabba problemi tekniċi.
 
Fil-21 ta' Awissu 2007, [[AC Milan|Milan]] uffiċjalizzaw l-akkwist tal-Brażiljan.<ref>[http://www.acmilan.com/NewsDetail.aspx?idNews=51105 Welcome Puma! - AC Milan.com]</ref> Id-debutt wasal fis-[[Supertazza Ewropea]] meta' Milan rebħu lil [[Sevilla FC|Sevilla]] 3–1 nhar il-31 ta' Awwissu. Nhar il-21 ta' April 2009 hu u l-klabb Milanist waslu fi qbil unanimu li jħassru l-kuntratt minħabba raġunijiet personali.<ref>{{ċita web |url=http://www.goal.com/en/news/10/italy/2009/04/21/1221800/breaking-news-emerson-leaves-milan-through-mutual-consent |titlu=Emerson Leaves Milan Through Mutual Consent |data=21-04-2009 |aċċessdataaċċess=21-04-2009 |publikatureditur=Goal.com |lingwa=Ingliż }}</ref>
 
Wara li fis-26 ta' Lulju, 2009, iddeċieda li jissieħeb ma' [[Santos FC|Santos]], tliet xhur wara, eżattament fis-16 ta' Ottubru, hu ddeċieda li jtemm il-kuntratt tiegħu minħabba uġigħ persistenti.