Ħal Millieri: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 5:
Ir-raħal u l-inħawi ta’ Ħal Millieri jinsabu fin-naħa tax-Xlokk ta’ Malta, u fl-akbar medda ta’ art fil-gżira, żona kkaratteriżżata mill-ammont qawwi tal-ġebla tal-Franka ta’ Taħt. Tinsab imdawwra bl-irħula ta’ Luqa, Mqabba, Kirkop, Qrendi u Żurrieq, u tinsab madwar 2.3 km ‘il bogħod mill-baħar u madwar 100 metru ‘il fuq mill-livell tal-baħar.
 
Xi fdalijiet arkeoloġiċi li saru fl-inħawi ta’ Ħal Millieri jixhdu u juru li dawn l-istess inħawi kienu magħrufa bħala inħawi fertili ferm saħansitra mill-perjodu preistoriku, għalkemm l-ewwel fdalijiet li nstabu huma dawk Puniċi. Dan kollu jixduh mitħan taż-żebbuġ ''(trapeta)'', flimkien ma’ għodod oħra agrikoli li juruna li fl-inħawi x’aktarx kien hemm villa Rumana li kienet tispeċjalizza fl-għasir taż-żebbuġ.
 
Barra minn hekk, xhieda ħajja huma l-ammont pjuttost kbir ta’ għelieqi li jdawwru l-viċinanzi. Dawn kienu sa minn żmien ilu meqjusa bħala lok fertili ferm, tant li nsibu li saħansitra baqgħu jintużaw u jinħadmu sa snin wara li r-raħal safa abbandunat. Il-ħamrija li tikkaratteriżża l-post hi dik ħamra.