Ħal Millieri: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
Ir-raħal ta’ Ħal Millieri kien raħal żgħir fix-Xlokk ta’ Malta, raħal li safa abbandunat, mitluq, u b’hekk mitluf għall-ħabta ta’ tmiem is-seklu sittax jew il-bidu tas-seklu sbatax. Dan ir-raħal hu wieħed mill-aktar importanti, peress li għandu l-aktar fdalijiet storiċi mill-bqija tal-irħula mitlufin kollha.
 
==Pożizzjoni Ġeografika==
 
Ir-raħal u l-inħawi ta’ Ħal Millieri jinsabu fin-naħa tax-Xlokk ta’ Malta, u fl-akbar medda ta’ art fil-gżira- żona kkaratteriżżata mill-ammont qawwi tal-ġebla tal-Franka ta’ Taħt. Tinsab imdawwra bl-irħula ta’ Luqa, Mqabba, Kirkop, Qrendi u Żurrieq, u tinsab madwar 2.3 km ‘il bogħod mill-baħar u madwar 100 metru ‘il fuq mill-livell tal-baħar.
 
Xi fdalijiet arkeoloġiċi li saru fl-inħawi ta’ Ħal Millieri jixhdu u juru li dawn l-istess inħawi kienu magħrufa bħala inħawi fertili ferm saħansitra mill-perjodu preistoriku, għalkemm l-ewwel fdalijiet li nstabu huma dawk Puniċi. Dan kollu jixduh mitħan taż-żebbuġ ''(trapeta)'', flimkien ma’ għodod oħra agrikoli li juruna li fl-inħawi x’aktarx kien hemm villa Rumana li kienet tispeċjalizza fl-għasir taż-żebbuġ.
 
Barra minn hekk, xhieda ħajja huma l-ammont pjuttost kbir ta’ għelieqi li jdawwru l-viċinanzi. Dawn kienu sa minn żmien ilu meqjusa bħala lok fertili ferm, tant li nsibu li saħansitra baqgħu jintużaw u jinħadmu sa snin wara li r-raħal safa abbandunat. Il-ħamrija li tikkaratteriżża l-post hi dik ħamra.
 
Interessanti l-fatt li l-inħawi madwar Ħal Millieri kienu magħrufa għall-ħażna pjuttost abbundanti ta’ ilma, u dan narawh bin-numru kbir ferm ta’ bjar li nstabu waqt l-iskavi arkeoloġiċi. B’kollox, instabu madwar 87 ġiebja f’dawn l-iskavi, numru konsiderevoli meta wieħed iqis il-konċentrazzjoni ta’ kif qiegħdin. Dan l-aspett ukoll jista’ juri kif l-għelieqi ta’ Ħal Millieri kienu fertili.
 
==Storja==
Line 56 ⟶ 66:
 
====Il-Knisja ta’ San Ġwann l-Evanġelista====
[[Stampa:DSCF1400.JPG | thumb | 150 px | right | Il-Knisja ta' San Ġwann l-Evanġelista]]
 
Dwar din il-Knisja, ftit li xejn instabet informazzjoni, ħlief li ukoll kienet mibnija fuq knisja eqdem u li ukoll kellha magħha knisja oħra, iddedikata lill-Arkanġlu San Mikiel. Madwar is-sena 1822, ċertu Dun Ġakbu Gauci tħajjar jibnieha mill-ġdid, u neputieh kabbarha. Dan il-proċess tlesta kollu fl-1961.
Bil-kontra ta’ kif inhu maħsub, hija din il-knisja, li kellha l-pjazza prinċipali ta’ Ħal Millieri, u mhux dik tal-Annunzjazzjoni. Is-salib ‘tad-Dejma’ quddiem il-knisja ifakkar il-kappella ta’ San Mikiel.
 
===Abbandun===
 
L-istudjużi jsostnu li dan ir-raħal seta kellu waqgħa fil-popolazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi fir-raħal. Jgħidu li l-ħwienet kienu ftit, u li l-uniku opportunita’ ta’ xogħol kienet bħala bidwi jew ragħaj. Il-familji kienu ftit, u d-daqs tar-raħal ma kienx jippermetti żwiġijiet bejn il-familji. Min kien jiżżewweġ, ħafna drabi insibuh imur joqgħod f’raħal martu jew żewġu. Barra minn hekk, il-kundanna tal-Knejjes ma swietx ta’ ġid, peress li mingħajr knisja, is-soċjeta’ Medjavali kienet tħossha mitlufa u bla ragħaj. Dawn huma kollha fatturi li setgħu ikkontribwixxew sabiex dan ir-raħal safa abbandunat, u eventwalment mitluf.
 
Kważi l-istudjużi kollha jaqblu li Ħal Millieri safa mitluf b’mod differenti mill-irħula l-oħra. Dan għaliex ġie abbandunat b’mod tant gradwali li ma hemm l-ebda dokumentazzjoni dwar dan. Il-proċess ta’ abbandun beda kmieni fis-seklu ħmistax, u wisq probabli sa’ tmiem is-seklu sittax kien abbandunat kompletament.
 
==Restawr==
 
[[Stampa:DSCF1411.JPG | thumb | 200 px | left | L-entratura tal-Knisja tal-Annunzjazzjoni f'Ħal Millieri, b'lapida li tfakkar ix-xogħol ta' restawr fuq l-istess bini]]Fil-bidu tal-1968, il-fondazzjoni ‘Din l-Art Ħelwa’ ħadet ir-responsabbilta’ tal-post, u millewwel bdew l-istudji, skavi u tnaddif tal-post. Qabel, din il-knisja kienet użata bħala stalla, u għalekk dan seta’ kellu effetti diretti fuq xi evidenza storika. Pero’ l-ammont ta’ sejbiet kien wieħed impressjonanti u uniku f’post daqstant żgħir. Dawn is-sejbiet għinu sabiex tiġi mifhuma aħjar l-istorja tal-post.
 
* Il-Bini: Mill-iskavi u l-istudji, ħareġ il-fatt li l-Knisja kienet mibnija fuq fdalijiet ta’ Knisja eqdem, probabilment tas-seklu tlettax, li minn naħa l-oħra kienet ukoll mibnija fuq fdalijiet Rumani, li setgħu kellhom qabilhom bini preistoriku. Saħansitra ttellgħu aktar minn 1,500 biċċa tal-fuħħar.
 
* Il-Knisja: Ġewwa l-knisja instabu xi oġġetti sagri, li probabilment jappartjenu għal wara s-seklu dsatax , kif ukoll xi muniti antiki ferm. Instabu ukoll bankijiet tal-ġebel, imsejħa Dukini.
 
* Madwar il-Knisja: Madwar il-Knisja ġie skoprut ċimiterju quddiem il-kappella. Dan minbarra xi oqbra li wkoll instabu ġewwa.
 
* Affreski: L-affreski oriġinali u mill-aktar uniċi imorru lura sal-perjodu Biżantin jew Medjavali. Dawn jirraffiguraw numru ta’ qaddisin differenti, kollha murija bilwieqfa, u bi ktieb f’idejhom. L-uniku eċċezzjoni hi dik li tirraffigura lill-Martri San Ġorġ.