Ħal Millieri: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
Paġna ġdida: Ir-raħal ta’ Ħal Millieri kien raħal żgħir fix-Xlokk ta’ Malta, raħal li safa abbandunat, mitluq, u b’hekk mitluf għall-ħabta ta’ tmiem is-seklu sittax jew il-bidu tas... |
|||
Linja 32:
| 16
|}
Kif jidher, ir-raħal ta’ Ħal Millieri kellu l-inqas numru ta’ rappreżentanti, u dan jitfa’ dawl fuq id-daqs u l-istat tal-popolazzjoni f’dan il-perjodu. Ftit li xejn instabet dokumentazzjoni oħra li titratta l-perjodi ta’ wara. Pero’ fil-bidu tas-seklu 16, kien hemm bosta bejgħ ta’ propjeta’ u bini, ħafna drabi bejn membri tal-istess familja.
Barra minn hekk, fis-sittax –il seklu, Ħal Millieri beda jesperjenza tnaqqis fil-popolazzjoni , hekk kif bosta mill-abitanti marru joqgħodu fl-irħula akbar bħal pereżempju Ħal Lew jew Ħal Luqa. Pero’ jibqa’ l-fatt li minkejja dan, l-għelieqi baqgħu jinħadmu, l-aktar minħabba l-fertilita’ tagħhom.
===Artijiet tal-Post===
Bosta drabi, kwazi kull familja, fqira jew sinjura, kien ikollha l-art tagħha, ħafna drabi mogħtija jew imwellija b’ċens annwali. Barra minn hekk, insibu ukoll li xi nies barranin (li ma kinux residenti ta’ Ħal Millieri) kellhom ukoll xi artijiet, bi bdiewa lokali jaħdmulhom u jeħdulhom ħsieb l-għelieqi tagħhom. Iżda kienet il-[[Knisja Maltija]] l-akbar sid ta’ art f’Ħal Millieri.
Filfatt, il-Knisja kellha diversi artijiet, fejn fost oħrajn insibu msemmija l-art ta’ madwar il-Knisja ta’ [[Santa Marija]]. Barra minn hekk, il-Kapitlu Katidrali tal-[[Imdina]] ukoll kellu xi artijiet, kif ukoll il-[[Patrijiet Agostinjani]], u s-Sorijiet ta’ Santa Skolastika fl-Imdina. Dawn l-artijiet ukoll kienu jiġu afdati f’idejn il-bdiewa tal-post.
===Knejjes===
Ir-reliġjożita' kellha preżenza qawwija tant li kienet meqjusa vitali f’kull raħal Malti, u allura Ħal Millieri ma kienx eċċezzjoni. Filfatt, l-influss u l-influwenza reliġjuża narawha evidenti l-aktar permezz tal-knejjes li kien hemm f’Ħal Millieri- b’kollox erbgħa, li minnhom għadna nistgħu naraw tnejn sallum. Dawn huma l-Knisja tal-[[Annunzjazzjoni]] u dik ta’ [[San Ġwann l-Evanġelista]].
====Il-Knisja tal-Annunzjazzjoni====
Il-Knisja tal-Annunzjazzjoni tal-Verġni Marija hi kappella żgħira, bi stil tipikament Medjavali li ġiet ikkonsagrata fis-sena 1480. Din il-Kappella inbniet fuq il-fdalijiet ta’ kappella ferm eqdem, probabilment tas-seklu tlettax. Dwar il-kappella oriġinali ftit li xejn għandna traċċi, anke jekk l-iskavi arkeoloġiċi żvelaw fatti verament uniċi.
Ħarsa lejn l-istruttura turi li din hi sempliċiment kamra b’dimensjonijiet pjuttost żagħar, meta imqabbla ma kappelli u knejjes oħra. Filfatt, dawn id-dimensjonijiet huma : 7.50m tul b’4.50m wiesa’, u b’apside li għandha dijametru ta’ madwar 2.95m u li tidħol ‘il ġew b’1.57m. Il-Knisja hi maqsuma f’ħames partijiet permezz ta’ arkati li jitilgħu mill-art. L-istil użat fil-bini hu wieħed sempliċi għall-aħħar, bil-ġebel użat ikun wieħed irregolari, iżda fl-istess waqt pulit. Il-ftit żbalji li saru ġew mgħottija b’taħlita magħmula minn ġibs u bċejjeċ tal-fuħħar.
Illum hu magħruf li l-knejjes tal-Annunzazzjoni u tal-Viżitazzjoni xi darba kienu magħquda flimkien, b’ħajt komuni li jgħaqqadhom it-tnejn. Dan il-ħajt kien ħafna aktar b’saħħtu milli hu llum, iżda meta waqgħet il-knisja tal-Viżitazzjoni (c. 1658), dan sofra ferm, tant li saħansitra l-faċċata xxaqqet. Għalekk l-impatt kien wieħed pjuttost kbir, tant li xi studjużi jgħidu li hu b’miraklu li l-knisja baqgħet wieqfa sallum.
====Il-Knisja ta’ San Ġwann l-Evanġelista====
[[Stampa:DSCF1400.JPG | thumb | 150 px | Il-Knisja ta' San Ġwann l-Evanġelista]]
Dwar din il-Knisja, ftit li xejn instabet informazzjoni, ħlief li ukoll kienet mibnija fuq knisja eqdem u li ukoll kellha magħha knisja oħra, iddedikata lill-Arkanġlu San Mikiel. Madwar is-sena 1822, ċertu Dun Ġakbu Gauci tħajjar jibnieha mill-ġdid, u neputieh kabbarha. Dan il-proċess tlesta kollu fl-1961.
Bil-kontra ta’ kif inhu maħsub, hija din il-knisja, li kellha l-pjazza prinċipali ta’ Ħal Millieri, u mhux dik tal-Annunzjazzjoni. Is-salib ‘tad-Dejma’ quddiem il-knisja ifakkar il-kappella ta’ San Mikiel.
|