Maurits Cornelis Escher: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 18:
L-ewwel stampa ta' Escher ta' realtà impossibbli kienet ''Natura mejta u triq'', 1937. L-espressjoni artistika tiegħu ma ħoloqhiex direttament minn osservazzjonijiet u vjaġġi f'pajjiżi oħra imma minn xbihat ġejjin minn moħħu. Fost l-eżempji l-oħra magħrufin sewwa tax-xogħol tiegħu insibu ''Idejn ipinġu'', xogħol li fih naraw żewġ idejn, waħda tpinġi lill-oħra; ''Sema u ilma'', li fih jilgħab bid-dawl u d-dell biex jisfuma l-isfond tal-ilma wara l-ħut f'xbihat ta' għasafar bl-isfond tas-sema; u ''Telgħin u niżlin'', fejn ringieli ta' nies jitilgħu u jinżlu taraġ f'ħolqa infinita, fuq bini li mhux possibbli li jimbena imma possibbli li jitpinġa permezz ta' stramberiji fil-perċezzjoni u l-prospettiva.
 
Ħadem primarjament fil-vejikli tal-litografija u l-inċiżjoni fl-injam, għalkemm il-ftit mezzitinti li wettaq huma meqjusa bħala kapolavuri ta' din it-teknika. Fl-arti grafika tiegħektiegħu juri relazzjonijiet matematiċi bejn forom, figuri u spazju. Barra minn hekk, esplora figuri mħabblin flimkien bl-użu tal-iswed u abjad biex jenfatizzaw d-dimensjonijiet differenti. Integrati fl-istampi tiegħu insibu riflessi fil-mera ta' koni, sferi, kubi, ċrieki u spirali.
 
Barra d-disinji tal-veduti u n-natura fl-ewwel snin tiegħu, pinġa wkoll insetti, li dehru sikwit fil-ħidma tiegħu ta' aktar tard. L-ewwel xogħol artistiku, li tlesta fl-1922, dehru tmient irjus umani maqsuma fi pjani differenti. Wara, madwar 1924, tilef l-interess fil-"qsim regolari" tal-pjani, u dar għat-tpinġija tal-veduti fl-[[Italja]] b'prospettivi irregolari li m’humiex possibbli fil-forma naturali.