Bing: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 25:
| noti =
}}
 
'''Bing''' (qabel ''Live Search'', ''Windows Live Search'' u ''MSN Search'') hu s-''search engine'' preżenti ta’ [[Microsoft]]. Is-servizz ġie żvelat fit-28 ta’ Mejju, 2009 f’San Diego, l-[[Stati Uniti|iStati Uniti]], u ħareġ għall-ewwel darba fil-pubbliku fit-3 ta’ Ġunju, 2009, b’servizz bi prova jkun disponnibbli mill-1 ta’ Ġunju, 2009.
 
Suġġerimenti dwar it-tfittxija, u riżulatati mqassma f’kategoriji huma fost l-akbar tibdiliet li s-servizz ta’ Bing ġab fid-dinja tas-search engines. Sa minn Jannar 2010, Bing hu t-tielet l-akbar search engine fuq l-internet, b’ 3.16%, wara [[Google]] b’85.35% u [[Yahoo]] b’6.15%.
Fid-29 ta’ Lulju, 2009, Microsoft u Yahoo ħabbru ftiehim li bih Bing se tmxxi s-servizz tat-tfittxija ta’ Yahoo.
 
==Storja==
 
===Msn Search===
 
MSN Search kien l-ewwel search engine ta’ Microsoft, li kien jinkorpora ''search engine'', ''index'' u ''web crawler''. Is-servizz ġie minedi fit-tielet kwart tal-1998, u uża r-riżultati ta’ Inktomi. Fil-bidu tal-1999, MSN Search nieda verżjoni li kienet turi riżultati minn Looksmart mgħaquda ma’ dawk ta’ Inktomi, b’eċċezzjoni żgħira meta riżultati mill-websajt [[AltaVista]] intużaw minflok. Wara dan, Microsoft ġedded is-servizz sabiex tibda tipprovdi r-riżultati tiegħu innifsu, b’index li beda jiġi mbiddel kull ġimgħa, jew anke kuljum. Dan il-proċess dam sa’ Novembru 2004, fejn ġie mnieda bħala servizz beta, u ġie mniedi għal kollox fi Frar 2005. Is-servizz tat-tfittxija għall-istampi kien ipprovdut mill-kumpanija Picsearch. Is-servizz tat-tfittxija tal-Microsoft sar ukoll disponibbli għal search engines oħra, bl-għan li jiżdied is-sehem fis-suq.
 
===Windows Live Search===
 
L-ewwel verżjoni beta ta’ Windows Live Search ġiet imnedija fit-8 ta’ Marzu 2006, bħala sostituzzjoni għal MSN Search. Is-search engine il-ġdida issa kienet tinkludi ''tabs'' li kienu jinkludu Web, aħbarijiet, stampi, mużika, desktop, lokali, kif ukoll is-servizz tal-[[Microsoft Encarta]].
Fil-bidla minn MSN Search għal Windows Live Search, Microsoft waqfet tuża s-servizz ta’ Picsearch għat-tfittxija tal-istampi, u minflok bdiet tuża s-servizz ġdid tagħha.
 
===Live Search===
 
Nhar il-21 ta’ Marzu, 2007, Microsoft ħabbret li kienet se tissepara s-servizz tat-tfittxija mill-bqija tas-servizzi tal-[[Windows Live]]. L-isem inbidel għal ''Live Search'', u l-paġna tal-ftuħ ħadet dehra ġdida, bi stampa li bdiet tinbidel kuljum.
 
Fil-perjodu tas-servizz ta’ ''Live Search'', saru diversi tibiliet, fejn fost oħrajn waqfu s-servizzi ta’ ''Live Search Books'', u ''Live Search Academic'', li ġew integrati fit-tfittxijiet ġenerali. Ftit wara, ''Windows Live Expo'' ukoll waqaf jopera mill-31 ta’ Lulju, 2008. ''Live search Macros'', servizz li bih il-konsumatur seta’ joħloq search engine personaliżżata, ukoll twaqqaf, kif twaqqaf ukoll is-servizz ta’ ''Live Product Upload'', ''Live Search Products'', u ''Live Search QnA'', b’tal-aħħar isir ''MSN QnA'', li iżda twaqqaf ukoll nhar il-21 ta’ Mejju, 2009.
 
Microsoft għarfet li l-isem “Live” kien għadu joħloq konfużjoni fis-suq, u li għalekk l-isem kellu jinbidel kompletament. F’kampanja sabiex tinħoloq identita’ ġdida għas-servizz tat-tfittxija tal-Microsoft, ''Live Search'' sar uffiċjalment Bing, nhar it-3 ta’ Ġunju, 2009.
 
== Referenzi ==