Joseph Cefai: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 2:
'''Josepħ Cefai''' (28 ta' Ottubru 1921 - 18 ta' Ġunju 1996), magħruf ukoll bħala Ġużeppi Cefai jew Ġużè Cefai, kien politiku u amministratur [[Għawdex|Għawdxi]], magħruf għall-mod li jġib 'l quddiem l-interessi tal-Għawdxin u t'Għawdex fejn twieled.
 
Cefai ħa l-edukazzjoni tiegħu fis-Seminarju t'Għawdex, fil-Liceo t'Għawdex u wara fl-Universita' Rjali ta' Malta (kif kienet imsejħa f'dawk iż-żmienijiet) mnejn imbagħad iggradwa bħala Prokoratur Legali fis -sena 1943.
 
Fis-sena 1947, flimkien ma' Għawdxin magħrufa oħra kien kandidat fl-elezzjonijiet għall-[[Assemblea Leġiżlattiva]] f'isem il-'[[Gozo Party]]' (il-Partit t'Għawdex) li kien għadu kemm twaqqaf. Cefai kien elett membru tal-Assemblea Leġiżlattiva u matul dik il-Leġiżlatura kien fuq quddiem fid-difiza u l-promozzjoni tal-interessi t'Għawdex.