Madonna tal-Karmnu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[Image:Eżempju.jpg]]Il-Madonna tal-Karmnu huwa t-titlu lill-Verġni Marija b'rabta mal-patrijiet Karmelitani. Il-patrijiet karmelitani bdew jgħixu bħala eremiti fuq l-għoljiet tal-Karmel fl-Art Imqaddsa lejn l-aħħar tas-seklu 12. Bejn is-snin 1206 u 1214, il-Patrijarka ta' Ġerusalemm San Albert kitbilhom Għamla ta' Ħajja, li aktar tard saret Regula. L-istess Patrijarka ġabar f'komunita lill-aħwa ta' fuq il-Karmelu. Ir-rabta tal-Karmelitani mal-Verġni Marija bdiet sewwa sew bid-dedikazzjoni tal-kappella li l-aħwa karmelitani kellhom fuq il-Karmel, liema kappella ddedikawha lill-Verġni Omm Alla, għax fiha raw id-dixxiplu perfett tal-Mulej li jista' jgħinhom fil-mixja tagħhom lejn il-Mulej Ġesu. Huwa minn hawn li l-Karmelitani jissejjħu 'l-Aħwa ta' l-Imqaddsa Verġni Marija ta' l-Għolja tal-Karmel'. Titli lill-Verġni Marija għal qalb il-karmelitani huma 'Verġni l-Aktar Safja', 'Omm il-Karmelitani' u 'Patruna tal-Karmelu'.