Antonio Sciortino: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 195.158.122.222 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Wild mine
Linja 5:
[[Stampa: sciortino1.jpg |thumb|right|400px| Sciortino ''Les Gavroches'', ritratt: L. Sapiano]]
 
Sa minn meta kien għadu tifel ta' l-iskola, Sciortino wera ġibda lejn l-iskultura. Il-ħabib tiegħu Pawlu Grech jiftakru jnaqqax bil-mus fuq xi biċċa [[Ġebla_tal-ġir|ġebla]] figuri ta' nies u annimali<ref name="gc"> Ġużè Cardona ltaqà ma Pawlu Grech meta dan kellu ħamsa u tmenin sena. Cf. Cardona, J. The Maltese Sculptor with a world reputation, f'The Sunday Times of Malta, Awissu 17, 1958, p.14.</ref>. It-talent tiegħu ġie mħeġġeġ kmieni minn zitu, Vittorina Sciortino u minn [[Lazzaro Pisani]], li kien pittur ta' fama stabbilita f'Malta <ref name="pis">Fost xogħlijiet oħra, għamel il-pittura tas-saqaf fil-knisja ta' San Pawl Nawfraġju tal-Belt. </ref>. Kien propju bl-inkuraġġiment ta' Pisani li Sciortino iddeċieda li jidħol fl-iskola ta' l-arti fil-Belt [[Valletta]] fejn, għal sentejn, ħa t-taħriġ meħtieġ. Il-familja [[Gerald Strickland|Strickland]] għenet lil Sciortino jikseb borża ta' studju mingħand il-Gvern għal kors f'[[Ruma]], fejn ta' tnejn u għoxrin sena mar jissokta l-istudji tiegħu.
 
Ruma huwa studja fl-''Istituto Reale di Belle Arti'' u għal sentejn tħarreġ fl-inġinerija u l-arkitettura monumentali. Wara li kiseb diploma bl-ogħla unuri, fetaħ studju ta' l-arti f'via Margutta 33, fil-qalb tat-tradizzjoni artistika Rumana. Kien propju hawn li ironikament Sciortino ddeċieda li jinqata' mit-tradizzjoni imitattiva u jaqbad stil artistiku personali. ''Il filosfo'' ([[1902]]) huwa xogħol ta' studju fl-iskultura li bih stabilixxa ruħu bħala artista oriġinali kif ukoll ġibed l-attenzjoni tal-kritiċi ta' l-arti. Din l-iskultura flimkien ma' studju ieħor magħruf bħala ''Testa di Vecchio'' ġew esibiti f'wirja bl-isem ''Promotrice di Roma''.