Naxxar: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
In-[[Naxxar]] huwa raħal li jinsab fin-naħa ta' fuq tal-gżira ta' [[Malta]]. Għalkemm il-kitbiet storiċi dwarhu jmorru lura sas-seklu Ħmistax, hemm xiehda ta' fdalijiet prejistoriċi. In-[[Naxxar]] innifsu tnissel miż-żewġ irħajla ta' Ħal Dgħif u Ħal Muselmiet, imma bl-iżvilupp bla rażan illum resaq sew u sar imiss mal-[[Mosta]], ir-raħal rivali tiegħu.
 
Ò==Folklor==
 
[[Malta]] għandha dejn kbir fil-qasam kulturali ma' żewġ Naxxarin, [[Toni Cachia]] l-Ħammarun minn Sqaq it-Tut u [[Tommy Camilleri]] t-Tommy. Cachia kien l-aħħar daqqaq magħruf taż-żaqq f'[[Malta]] u l-istess bniedem li wera' lil [[Ġużi Gatt]], bennej ta' strumenti tradizzjonali Maltin, kif għandek ikollok saqqafa tajba sabiex il-ħoss tad-daqq taż-żaqq joħroġ u jidwi tajjeb.