Wikipedija:Manwal tal-istil: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 105:
Ismijiet komuni (vernakulari) ta' flora u fawna jridu jiġu miktuba b'ittri żgħar ({{xt|balluta}}, {{xt|iljun}}). Hemm xi eċċezzjonijiet:
# Fejn isem vernakulari jinvolvi nom proprju, bħall-isem ta' persuna jew post, dak in-nom proprju jiġi kapitalizzat ({{xt|It-tigra Siberjana hi waħda mill-ikbar speċi ta' tigri fid-dinja}}).
# Għal gruppi partikulari ta' organiżmi, hemm regoli partikulari ta' kapitalizzazzjoni bbażati skont l-użu attwali u storiku fost dawk li jistudjaw l-organiżmi.
# Fi ftit każi, sett ta' ismijiet komuni uffiċjalment stabbiliti huma rikonoxxuti f'pajjiż jew raġun ġeografiku biss. Dawn jistgħu jiġu kapitalizzati skont it-tradizzjoni lokali, imma mhux kull editur se jkollu aċċess għar-referenzi neċessarji biex isostnu dawn l-ismijiet; f'każijiet simili għal dawn, l-użu tar-rakkomandazzjoni ġenerali hi wkoll aċċettata.
 
F'artikli li jkpru żewġ gruppi tassonomiċi jew aktar, stil konsistenti ta' kapitalizzazzjoni jridu jiġu wżati għall-ismijiet tal-ispeċi. Din tista' tinvolvi l-użu ta':
* ismijiet xjentifiċi fi ħdan l-artiklu (ħafna drabi approprjata għal artiklu speċjalizzati);
* kapitalizzazzjoni tal-ewwel ittra għal ismijiet komuni ta' speċi fi ħdan l-artiklu, u ittri żgħar għal ismijiet komuni ta' gruppi ta' speċi ({{xt|l-Ajkla tad-Deheb hi ajkla relattivament kbira}}); jew
* ittra żgħira fil-bidu għal ismijiet komuni, li jistgħu jaħdmu sewwa għal artiklu li mhumiex speċifiċi li jiġri li jkunu qed jirreferu lejn gruppi tassonomiċi differenti.
 
===Korpi ċelesti===
 
* Meta wżati b'mod ġenerali, il-kliem ''xemx'', ''dinja'', u ''qamar'' ma jinkitbux b'ittra kapitali fil-bidu ({{xt|Ix-xemx kienet qed tisreġ minn fuq il-muntanja}}; {{xt|L-ikbar depożitu ta' kobalt fid-dinja.}}), minbarra f'każi fejn l-entitajiet huma personifikati ({{xt|Sol Invictus ("Xemx mhux mirbuħa") kien alla xemx Ruman}}) jew meta t-terminu jkun jirreferi għall-ismijiet ta' korpi astronomiċi speċifiċi ({{xt|Il-Qamar iddur mad-Dinja}}; imma {{xt|Io hija qamar ta' Ġove}}).
* '''Ismijiet ta' pjaneti, qmura, asterojdi, kometi, stilel, kostellazzjonijiet, u galassji''' huma nomi proprji, u b'hekk huma kapitalizzati: ({{xt|Il-pjaneta Marte tista' tidher illejla fil-kostellazzjoni tat-Tewmin, qrib l-istilla Pollux}}; {{xt|Il-Kometa ta' Halley hi l-iktar famuża mill-kometi perjodiċi}}; {{xt|Il-Galassja ta' Andromeda hi galassja spirali}}). L-ewwel ittra ta' kull kelma f'isem bħal dan trid tkun kapitalizzata ({{xt|Alfa Ċentawri}} u mhux {{!xt|Alfa ċentawri}}; {{xt|Milky Way}}, u mhux {{!xt|Milky way}}).
 
===Direzzjonijiet u reġjonijiet===
* '''Direzzjonijiet''' bħat-''Tramuntana'' dejjem jinkitbu bil-kapitali fil-bidu ({{xt|Ħadna t-triq lejn it-Tramuntana}}).
* '''Ismijiet ta' reġjonijiet''' huma kapitalizzati, li jinkludu ismijiet informali konvenzjonali ({{xt|id-Deżert tal-Punent}}).
 
==Ara wkoll==