Wikipedija:Manwal tal-istil: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 44:
* Barra minn hekk, ikkunsidra li tadotta miżura oħra meta t-test tal-intestatura jinbidel: daħħal {{tl|anchor}} bl-isem il-qadim, li xorta jibqa' jaħdem bħala ħolqa alternattiva għal dik is-sezzjoni. Per eżempju:
{{xt2|<code><nowiki> ==Isem ġdida tas-sezzjoni{{anchor | Implikazzjonijiet evoluttivi}}<!-- L-artikli [[Richard Dawkins]] u [[Daniel Dennett]] jorbtu lejn din is-sezzjoni -->== </nowiki></code>}}
* Kif spjegat aktar fid-dettall fuq [[Wikipedija:Struttura]], sezzjonijiet opzjonali ta' appendiċi li jkunu jinkludu l-informazzjoni segwenti jistgħu jidhru wara l-artiklu, taħt din il-ordni: (a) lista ta' kotba jew xogħlijiet kreati mis-suġġett tal-artiklu; (b) lista ta' ħoloq interni lejn artikli relatati tal-Wikipedija; (ċ) noti u referenzi; (d) lista ta' kotba, artikli u pubblikazzjonijiet oħra rakkomandati li ma ġewx użati bħala sorsi; u (e) lista ta' siti elettroniċi rakkomandati li ma ġewx użati bħala sorsi u li ma jidhrux fis-sezzjonijiet preċedenti tal-appendiċi.
 
==Ittri kapitali==
 
Meta jkun hemm kwistjoni fuq l-użu ta' ittri kapitali, ir-regoli u l-konvenzjonijiet tal-kuntest kulturali u lingwistiku għandhom japplikaw. Fuq l-ortografija, żomm il-konsistenza fi ħdan l-artiklu.
 
Fuq il-Wikipedija, tużax ittri kapitali biex tagħmel enfasi. Fejn il-kliem biss ma jkunx biżżejjed biex turi emfasi, uża tipa korsiva.
 
:{|style="background:transparent"
|-valign=top
|''Ħażin'':&nbsp; &nbsp;||{{!xt|Kontra t-twemmin popolari, orikteropu Mhuwiex l-istess bħal mirmekofagu.}}
|-valign=top
|''Ħażin'': ||{{!xt|Kontra t-twemmin popolari, orikteropu MHUWIEX l-istess bħal mirmekofagu.}}
|-valign=top
|''Tajjeb'': ||{{xt|Kontra t-twemmin popolari, orikteropu ''mhuwiex'' l-istess bħal mirmekofagu.}}
|}
 
===L-użu tal-"Il-" f'nofs sentenza===
 
Ġeneralment, tagħmilx kapitali l-artiklu definit f'nofs is-sentenza. Madanakollu, hemm eċċezzjonijiet idjomatiċi, li jinkludu ħafna titli ta' xogħlijiet tal-arti, li jridu jiġu kwotati bl-eżatt. L-użu komuni għandu jiġi segwit rigward każijiet partikulari. Bħas-soltu, tkun idea tajba li tikkonsulta s-sorsi tal-artiklu.
 
:{|style="background:transparent"
|-valign=top
|''Ħażin''&nbsp;||''(ġeneriku)'':&nbsp; &nbsp;||{{!xt|Kien hemm artiklu dwar L-Irlanda fil-gazzetta il-bieraħ.}}
|-valign=top
|''Tajjeb'' ||''(ġeneriku)'': ||{{xt|Kien hemm artiklu dwar l-Irlanda fil-gazzetta il-bieraħ.}}
|-valign=top
|''Ħażin''&nbsp;||''(titlu)'':&nbsp; &nbsp;||{{!xt|Dun Karm Psaila kiteb il-poeżija ''il-Musbieħ tal-Mużew''.}}
|-valign=top
|''Tajjeb'' ||''(titlu)'': ||{{xt|Dun Karm Psaila kiteb il-poeżija ''Il-Musbieħ tal-Mużew''.}}
|-valign=top
|''Tajjeb'' ||''(titlu)'': ||{{xt|Omeru kiteb l-''Odissea''.}}
|}
 
===Titli ta' persuni===
 
* '''Meta wżati fuq sfond ġenerali''', kliem bħal ''president'', ''re'', u ''imperatur'' jinkitbu b'ittri żgħar ({{xt|De Gaulle kien president Franċiż}}; {{xt|Lwiġi XVI kien re Franċiż}}; {{xt|Tliet prim ministri attendew il-konferenza}}).
* '''Meta wżati bħala parti mit-titlu''', dawn il-kliem għandhom jibdew b'ittra kapitali ({{xt|President Obama}}, u mhux {{!xt|president Obama}}). Ismijiet ta' uffiċċju li huma standard u li huma wżati b'mod komuni huma trattati bħal nomi proprji ({{xt|Il-Prim Ministru Brittaniku hu Gordon Brown}}; {{xt|Hirohito kien Imperatur tal-Ġappun}}; {{xt|Lwiġi XVI kien Re ta' Franza}}). Stili rjali jinkitbu b'ittra kapitali ({{xt|Il-Maestà Tiegħu}}; {{xt|L-Altezza Reali}}); eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal ċerti uffiċċji partikulari.
 
===Reliġjonijiet, divinità, filosofiji, duttrini, u s-segwaċi tagħhom===
 
* '''Reliġjonijiet, setti, u knejjes''' u s-segwaċi tagħhom (f'forma nominali jew aġġettiva) jibdew b'ittra kapitali. Ġeneralment, ''il-'' ma tkunx kapitalizzata qabel ċerti ismijiet ({{xt|ix-Shī‘a}}, u mhux {{!xt|Ix-Shī‘a}}).
* '''[[Test reliġjuż|Testi reliġjużi]]''' (skritturi) huma kapitalizzati imma ħafna drabi ma jinkitbux b'tipa korsiva ({{xt|il-Bhagavad Gita}}, {{xt|il-Koran}}, {{xt|it-Talmud}}, {{xt|il-Granth Sahib}}, {{xt|il-Bibbja}}). Meta ''il-'' hi wżata, din ma tkunx kapitalizzata. Ċerti aġġettivi derivati huma kapitalizzati skont il-konvenzjoni, oħrajn le (normalment {{xt|bibliċi}}, imma mbagħad {{xt|Koraniċi}}, per eżempju); jekk mintix ċerti, ikkonsulta dizzjunarju approprjat dwar is-suġġett, u kun konsistenti fl-artiklu.
* '''[[Onorarju|Onorarji]] għad-divinitajiet''', li jinkludu [[nom proprju|nomi proprji]] u titli, jibdew b'ittra kapitali ({{xt|Alla}}, {{xt|Allah}}, {{xt|il-Mulej}}, {{xt|l-Essri Suprem}}, {{xt|l-Ispirtu l-Kbir}}, {{xt|id-Divinità bil-Qarn}}, {{xt|Bhagavan}}). L-artiklu ''il-'' mhuwiex kapitalizzat sakemm mhuwiex formalment parti tal-isem tad-divinità. L-istess japplika meta tirreferi għal figuri kbar reliġjużi u figuri mill-mitoloġija b'titli jew termini ta' rispett ({{xt|il-Profeta}}, {{xt|il-Messija}}, {{xt|il-Verġni}}). [[Nom komuni|Nomi komuni]] li jitrattaw divinitajiet jew figuri reliġjużi mhumiex kapitalizzati ({{xt|ir-Rumani kienu jqimu ħafna allat}}; {{xt|ħafna Anglosassoni kienu jqimu l-alla Wotan}}; {{xt|Ġesù u Muħammed huma t-tnejn li huma kkunsidrati profeti fl-Islam}}; {{xt|studjużi bibliċi jikkontestaw jekk Marija qattx kienet verġni għal ħajjitha kollha}}; {{xt|ir-raġel tagħha kien il-musa tagħha}}, però {{xt|id-disa' Musi}}).
* '''[[Pronom]]i u [[pronom possessiv|pronomi possessivi]] li jirreferu għal figuri ta' qima''' mhumiex kapitalizzati f'artikli tal-Wikipedija, anke jekk huma, tradizzjonalment, huma miktuba hekk fi skritturi reliġjużi. Huma jitħallew kapitalizzati jekk tiġi kwotata biċċa skrittura jew kwalunkwe test ieħor li jagħmilhom kapitali.
* '''Kategoriji vasti ta' kreaturi mitiċi jew leġġendarji''' ma jibdewx b'ittri kapitali ({{xt|nanu}}, {{xt|unikornu}}, {{xt|anġlu}}), għalkemm f'xogħlijiet derivati ta' fantasija, bħan-novelli ta' J.R.R. Tolkien u ''video games'' strateġiċi, ittri kapitali fil-bidu huma wżati sabiex jenfasizzaw li dawn jiffurmaw kultura jew razza fl-univers fittizju tagħhom. Ismijiet jew titli ta' kreaturi individwali huma kapitalizzati ({{xt|il-Minotawru}}, {{xt|il-Pegasu}}) kif ukoll dawk li li l-gruppi tal-isem u s-sħubija tagħhom huma fissi ({{xt|is-Slaten Maġi}}, {{xt|il-Kerubini}}). Rigward id-divinitajiet, referenzi ġeneralizzati mhumiex kapitalizzati ({{xt|il-qassisin ta' din is-setta ġew imsejjħa maġi minn xi wħud}}.
* '''Avvenimenti spirtwali jew reliġjużi''' huma kapitalizzati biss meta huma termini li jirreferu speċifikament lejn inċidenti jew perjodi ({{xt|id-Dilluvju}} u {{xt|l-Eżodu}}; imma {{xt|id-dilluvju annwali}} u {{xt|eżodu ta' refuġjati}}).
* '''Filosofiji, teoriji, movimenti, jew duttrini''' ma jibdew b'ittra kapitali sakemm l-isem mhuwiex ġej minn nom proprju ({{xt|kapitaliżmu kontra Marksiżmu}}) jew sar nom proprju ({{xt|repubblikan}} b'ittri żgħar jirreferu lejn sistema ta' ħsieb politiku; {{xt|Repubblikan}} b'ittra kapitali tirreferi għal diversi partiti politiċi jew ideoloġiji speċifiċi, bħal {{xt|Partit Repubblikan Amerikan}} jew {{xt|Irlandiżi Repubblikani}}). Uża ittri żgħar għal suġġetti ta' duttrina jew ideat kanoniċi reliġjużi (differenti mill-avvenimenti speċifiċi), anke jekk huma kapitalizzati minn xi segwaċi reliġjużi ({{xt|twelid verġni}}, {{xt|dnub oriġinali}}, {{xt|transustanzjazzjoni}}).
* '''Ideali traxxendenti u Platoniċi''' huma kapitalizzati ({{xt|Verità}}, {{xt|it-Tajjeb}}), imma biss fi ħdan il-kuntest ta' duttrina filosofika; għall-użu iktar wiesgħa, dawn jinkitbu b'ittri żgħar ({{xt|Superman jirrapreżenta ideali Amerikani ta' verità u ġustizzja}}). Uża ittri kapitali għal personifikazzjonijiet rappreżentati fl-arti ({{xt|Il-manwal semma statwi tal-Ġustizzja u l-Libertà}}).
 
==Ara wkoll==