Wikipedija:Manwal tal-istil: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
Paġna ġdida: Il-'''Manwal tal-istil''' huwa gwida dettaljat tal-istil u l-format għall-artikli tal-Wikipedija. L-għan tiegħu hu biex jipprovdi konsistenza kemm dik viżwali kif ukoll struttural... |
No edit summary |
||
Linja 1:
Il-'''Manwal tal-istil''' huwa gwida dettaljat tal-istil u l-format għall-artikli tal-Wikipedija. L-għan tiegħu hu biex jipprovdi konsistenza kemm dik viżwali kif ukoll strutturali tal-artikli kollha, u b'hekk li jiftehmu aktar. Dawn mhumiex aktar minn linji gwida, u hu probabilment imposibbli li turi li stil wieħed hu aħjar minn oħrajn, imma jek il-Wikipedjani (jew ħafna minnhom) jaħdmu fuq l-istess stil l-artikli jsiru aktar ċari u aktar faċli biex jiġu modifikati.
==Titli tal-artikli, intestatura, u sezzjonijiet==
Din is-sezzjoni għandha taqsira tal-politika li tmexxi t-titli tal-artikli tal-Wikipedija. Din tapplika lejn it-titli tal-artikli tal-Wikipedija, u mhuex lejn it-titli ta' artikli esterni li huma ċċitati. Il-gwida tapplika wkoll għall-[[#Intestatura tas-sezzjonijiet|intestatura tas-sezzjoni]], diskussa hawn taħt.
*It-titli tal-artikli jridu jkunu konformi mat-[[Wikipedija:Konvenzjonijiet ta' nomenklatura|Titli tal-artikli]] tal-Wikipedija.
* It-titli għandhom jaqblu mal-kontenut tal-artiklu, u m'għandhomx ikunu la qosra u lanqas twal ħafna.
* It-titli jridu jkunu [[nom]]i jew [[frażi nominali]]: {{xt|Effetti tas-selvaġġ}}, mhux {{!xt|L-effetti tas-selvaġġ}}.
* It-titli għandhom ikunu żgħar—preferibbilment inqas minn għaxar kelmiet.
* L-ewwel ittra tat-titlu hi miktuba kapitali (minbarra f'ċerti każi rari, bħal eBay). Inkella, ittri kapitali huma wżati biss fejn jiġu wżati f'sentenza normali ({{xt|Finanzjament tal-proġetti tal-UNESCO}}, u mhux {{!xt|Finanzjament tal-Proġetti tal-UNESCO}}).
* Tużax {{!xt|''il-''}}, {{!xt|''it-''}}, {{!xt|''l-''}}, {{!xt|''is-''}}, etċ., bħala l-ewwel kelma ({{xt|Ekonomija tat-Tieni Imperu}}, u mhux {{!xt|L-ekonomija tat-Tieni Imperu}}), sakemm ma tkunx xi ġurnata tal-ġimgħa ({{xt|It-Tlieta}}) jew parti li ma tistax tiġi separata mit-titlu ({{xt|Il-Għanja tar-Rebħa}}).
* Evita l-użu ta' karattri speċjali bħal ({{!xt|/}}), ({{!xt|+}}), ({{!xt|<nowiki>{ }</nowiki>}}), u ({{!xt|[ ]}}); uża {{xt|''u''}} minflok ({{!xt|&}}), sakemm din tal-aħħar ma tkunx aċċetta bħala parti mill-isem ({{xt|Emerson, Lake & Palmer}}).
* L-aħħar karattru viżibbli tat-titlu m'għandux ikun punt marka ta' punteġġjatura, sakemm il-punteġġjatura hi parti mill-isem ({{xt|[[Saint-Louis-du-Ha! Ha!]]}}), jew abbrevjazjoni hi wżata ({{xt|[[Manchester United FC]]}}), jew parenteżi jew marki ta' kwotazzjoni hi bżonnjuża ({{xt|[[Assedju ta' Malta (1565)]]}}).
[[Kategorija:Għajnuna|Manwal tal-istil]]
|