Melchiorre Gafà: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 77.71.195.32 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 195.158.122.222
Linja 2:
[[Image: Gafa1.jpg |thumb|right|250px| Melchiorre Gafà: ''Apoteożi ta’ Santa Katerina'', Ruma, Knisja ta’ Santa Katerina minn Siena, Magnanapoli, Ritratt L. Sapiano]]
 
xagħar qasir iswed bin-nokkli żgħar.
==Bijografija==
Twieled il-[[Birgu]], Malta, lil Marco Gafà u Veronica, mwielda Spiteri, id-disa' tifel fost għaxart ulied. Tgħammed fit-21 ta' Jannar, 1636 u ngħata l-isem Marcello għal ħuh li twieled fl-1634
u kien miet. Jidher li ma damx ma beda jissejjaħ Melchiorre. Fl-1658 kien baqa' biss ħamsa ħajjin mill-ulied: Giuseppe, Grazio, Gio-Maria, [[Lorenzo Gafà|Lorenzo]] u Melchiorre.
 
Ma tantx nafu fuq il-ħajja ta’ Gafà. Dan li ġej hu bbażat fuq il-ktieb editjat minn '''K. Sciberras''' <ref> ''Melchiorre Cafà. Maltese Genius of the Roman Baroque'', Midsea Books, Valletta 2006 ISBN:978-99932-7-092-X, 978-99932-7-097-O</ref>
 
Marco Gafà mar joqgħod il-Birgu fl-1610 u żżewweġ fl-1616. Ma nafux x'sengħa kellu imma kien jissejjaħ ''Maestro''; skond Sciberras aktarx kien skarpan.
 
Hemm storja mhux konfermata (f'traskrizzjoni tas-seklu 19 ta' manuskritt mitluf miktub mill-kapuċċin Patri Pelaġju) li tgħid li ta' xi għaxar snin Gafà kien lavrant ma' l-iskultur Dozzinale, il-Birgu. Meta kavalier [[Spanja|Spanjol]] talab lil Dozzinale biex jagħmillu xi statwi għall-villa tiegħu f'[[Paola|Casal Paola]] u dan m'aċċettax, il-kavalier offra x-xogħol lit-tifel Gafà. Tant għoġbu x-xogħol li ħa t-tifel taħt il-protezzjoni tiegħu.
 
Jidher li meta kellu xi sittax-il sena kien lavrant ma’ l-iskulturi Casanova, fosthom Michele, Antonio u Damiano. Dawn kienu jaħdmu fil-ġebla franka u kellhom ħanut il-Birgu. Gafà (Marcello Gaffar) kien imdaħħal magħhom fix-xogħol fil-Cappella Torres fil-Kattedral ta’ Siracusa f’Sqallija li għalih skolpixxa figuri ta’ putti u rjus ta’ serafini fuq kolonni.
 
Ma nafux żgur kif Gafà ħalla Malta għal Ruma u min għenu biex jitlaq. Nistgħu nissusspettaw xi patrunaġġ mill-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Kavalieri]], ekkleżjatiċi jew nobbli Taljani li kienu Malta. L-iskultur żagħżugħ kien ingħata parir għaqli għax daħal fil ''bottega'' ta’ l-iskultur stabbilit, Ercole Ferrata (Pellio Intelvi, 1610 – Ruma, 1686) mill-ewwel meta wasal Ruma. Però, kif jgħid Sciberras, x’aktarx ma’ kienx hemm appoġġ uffiċjali mill-Kavalieri għax meta ġie kkunsidrat għall-ewwel darba għax-xogħol f’[[Kon-Katidral ta' San Ġwann|San Ġwann]], l-ambaxxatur tagħhom f’Ruma sejjaħlu ‚"un certo Maltese" u żgur li ma kienx jgħid hekk kieku kienu jafuh sewwa. Hemm suġġeriment li kellu l-għajnuna ta’ Fabio Chigi, li sar Papa Alessandru VII, li kien delegat Apostoliku bejn l-1634 u l-1639 u kien joqgħod il-Birgu. Suġġeriment ieħor hu li kien megħjun mill-kavalier Fra Giovanni Bichi, li kien dam joqgħod Malta imma dak iż-żmien kien ilu ftit joqgħod Ruma. M’hemm l-ebda konferma għal dawn is-suġġerimenti.
 
Meta daħal fil-bottega ta’ Ferrata, l-ewwel xogħlijiet tiegħu kienu statwi għal knejjes fil-belt, [[Valletta]]: Il-Madonna tar-Rużarju għal knisja tad-Dumnikani (din waslet Malta f’Mejju ta’ l-1661) u San Pawl għall-knisja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl (din kienet ordnata mill-familja Testaferrata u mogħtija lill-knisja qabel 1694). It-tnejn jidhru li kienu influwenzati mill-istil ta’ l-iskultur [[Bolonja|Bolonjiż]] Alessandro Algardi.
 
L-ewwel kummissjoni indipendenti importanti tiegħu kienet fl-1660 għall-knisja prestiġjuża ta’ Sant'Agnese in Angone, f’Piazza Navona. Din kienet għat-titular skolpit ta’ l-altar ta’ Sant'Ewstakju u ordnah Camillo Pamphili. Kif jidher mill-abbozzi Gafà ħadem ħafna fuq il-preparazzjoni għal dan ix-xogħol. Pamphili tant għoġbuh dawn il-buzzetti li fl-1663 tah kummissjoni oħra biex jagħmel statwa li tirrapreżenta l-''Karità ta’ San Tumas'' għall-kappella tal-familja tiegħu fil-knisja ta’ Santu Wistin, ukoll f’Piazza Navona. Pamphili tant kien impressjonat bil-mudell ta’ San Tumas li ordna inċiżjoni li saret min Pietro del Po.
 
Sadattant l-istil ta’ Gafà żviluppa u tbiegħed minn Algardi u resaq iżjed lejn [[Gian Lorenzo Bernini|Bernini]] mingħajr ma waqa’ taħt il-ħakma tiegħu. Minkejja s-suċċess tiegħu, Gafà baqa’ jaħdem fl-istudju ta’ Ferrata u bejn l-1663 u l-1667, hu u Ferrata kienu joqgħodu fl-istess dar. Però jidher li Gafà kellu grupp jaħdem miegħu. Per eżempju, fl-1664 l-iskultur Sqalli Pietro Papaleo kien student tiegħu u l-pittur Michelangelo Mamilla kien jogħqod miegħu.
 
Il-fama ta’ Gafà baqgħet tikber u allavolja kien għadu ma lesta xejn biex jidher fil-publiku, fl-1662 daħħluh fl-Akademja ta’ San Luqa u fis-Sodalizio dei Virtuosi al Pantheon. Fl-istess sena kellu ordni għal titular skolpit jirrapreżenta l-Apoteożi ta’ Santa Katerina ta’ Siena għall-knisja tad-Dumnikani ta’ Santa Caterina a Magnapoli.
 
Fl-istess żmien, Gafà, li kellu konnessjoni qawwija ma’ l-ordni tad-Dumnikani (forsi minħabba li ħuh Giuseppe kien Dumnikan), kiseb ordni għal statwa ta’ Santa Roża ta’ Lima biex tintuża fiċ-ċeremonji tal-beatifikazzjoni u wara titieħed fil-knisja ta’ San Domingo, f’[[Lima]], il-[[Peru]]. Ir-rappreżentazzjoni tal-qaddisa qegħda tmut, li kienet influwenzata minn Bernini u influwenzat 'l Bernini, kienet suċċess u saru ħafna kopji tagħha fil-metal. Id-data fuq l-istatwa hi 1665.
 
Dik is-sena, waqt li Gafà kien qiegħed jaħdem fuq erba’ kummissjonijiet monumentali, ikkuntattjawh il-Kavalieri ta’ Malta. Sa dak iż-żmien kellu xogħol biż-żejjed u pożizzjoni stabilita biż-żejjed li seta’ jgħid ‘l Gran Mastru [[Cottoner]] biex jistenna sa meta jmissu. Wara xi tħassib Gafà accetta x-xogħol u mar Malta biex jiftiehem fuq il-grupp tal-Magħmudija ta’ [[San Ġwann Battista| San Ġwann]] għall-knisja konventwali fil-belt Valletta.
 
Gafà kien Malta minn Jannar sa Mejju ta’ l-1666 u kellu miegħu il-pittur Marullo ( li waqt li kien Malta pinġa t-titular f’kappella fil-knisja ta’ San Pawl tar-Rabat) u tifel ta’ 13-il sena Antonio Garsin. Matul dan iż-żmien għamel abbozzi għal San Ġwann u kiseb ordnijiet oħra: reredos għall-kappella ta’ Franza f’San Ġwann u ieħor għall-Knisja ta’ l-Erwieħ, il-belt Valletta, statwa ta’ San Pawl għall-grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat u lampier-relikwarju għall-knisja ta’ San Pawl.
 
Sa nofs l-1667 Santa Roża kienet lesta. Jidher li Ġafà kellu xi interess fil-proġett għall-kolonata tal-Vatikan. Ħadem ukoll fuq bust tal-papa Alessandru VII u kellu kummissjoni għal statwa kbira ta’ Alessandru III għad-Duomo ta’ Siena. Kien wieħed mill-iżjed skulturi mfittxa f’Ruma, imma miet f’daqqa fl-4 ta’ Settembu 1667. Indiefen fil-knisja ta’ San Biagio della Pagnotta f’Ruma.
 
Ħafna mill-ordnijiet tlestew minn Ferrata. Kien hemm litigazzjoni bejn l-eredi u l-klijenti ta’ Gafà, l-familja Pamphili, li damet sentejn. L-Ordni ta’ San Ġwann indaħlet ukoll. Xi affarijiet ta’ Ġafà, fosthom xi abbozzi ntbagħtu ‘l familja tiegħu Malta.
 
L-uniku ritratt tiegħu hu tpinġija li qegħda [[Stokkolma]]. Leone Pascoli <ref> Le Vite de’ Pittori, Scultori ed Architetti moderni, vol. I, Ruma, 1730 </ref> jiddiskrivieh bħala raġel qasir, ismar, irqieq, imħasseb u buruż. Kellu ġbin żgħir, għajnejn suwed fil-ħofra u xagħar qasir iswed bin-nokkli żgħar.
 
==Xogħlijiet==