Antonio Sciortino: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 195.158.122.222 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Wild mine
Linja 7:
Sa minn meta kien għadu tifel ta' l-iskola, Sciortino wera ġibda lejn l-iskultura. Il-ħabib tiegħu Pawlu Grech jiftakru jnaqqax bil-mus fuq xi biċċa ġebla figuri ta' nies u annimali<ref name="gc"> Ġużè Cardona ltaqà ma Pawlu Grech meta dan kellu ħamsa u tmenin sena. Cf. Cardona, J. The Maltese Sculptor with a world reputation, f'The Sunday Times of Malta, Awissu 17, 1958, p.14.</ref>. It-talent tiegħu ġie mħeġġeġ kmieni minn zitu, Vittorina Sciortino u minn [[Lazzaro Pisani]], li kien pittur ta' fama stabbilita f'Malta <ref name="pis">Fost xogħlijiet oħra, għamel il-pittura tas-saqaf fil-knisja ta' San Pawl Nawfraġju tal-Belt. </ref>. Kien propju bl-inkuraġġiment ta' Pisani li Sciortino iddeċieda li jidħol fl-iskola ta' l-arti fil-Belt [[Valletta]] fejn, għal sentejn, ħa t-taħriġ meħtieġ. Il-familja [[Gerald Strickland|Strickland]] għenet lil Sciortino jikseb borża ta' studju mingħand il-Gvern għal kors f'[[Ruma]], fejn ta' tnejn u għoxrin sena mar jissokta l-istudji tiegħu.
 
Ruma huwa studja fl-''Istituto Reale di Belle Arti'' u għal sentejn tħarreġ fl-inġinerija u l-arkitettura monumentali. Wara li kiseb diploma bl-ogħla unuri, fetaħ studju ta' l-arti f'via Margutta 33, fil-qalb tat-tradizzjoni artistika Rumana. Kien propju hawn li ironikament Sciortino ddeċieda li jinqata' mit-tradizzjoni imitattiva u jaqbad stil artistiku personali. ''Il filosfo'' ([[1902]]) huwa xogħol ta' studju fl-iskultura li bih stabilixxa ruħu bħala artista oriġinali kif ukoll ġibed l-attenzjoni tal-kritiċi ta' l-arti. Din l-iskultura flimkien ma' studju ieħor magħruf bħala ''Testa di Vecchio'' ġew esibiti f'wirja bl-isem ''Promotrice di Roma''.:)
 
Fl-iskultura ''Studio di Donna'' ([[1904]]) Sciortino tbiegħed mid-drawwa prevalenti tar-rappreżentazzjoni femminili kif kienet trattata mill-iskulturi Franċiżi u ppropona adattament ispirat mill-istil Grieg. Fl-istess sena Sciortino ħadem ''Les Gavroches'', xogħol ta' skultura li saħħaħ il-fama tiegħu. Dan il-kumpless tal-bronż juri tlett itfal, f'xogħol li ġie mnebbah minn novella famuża ta' [[Victor Hugo]], ''Les Miserables,'' fejn jiddeskrivi l-ħajja ta' tlett itfal foqra jiġġerrew fit-toroq ta' [[Pariġi]] fi żmien ir-[[Rivoluzzjoni Franċiża]] tal-[[1848]]. Din l-iskultura inġiebet Malta fl-1907 u għadha sal-lum meqjusa bħala l-ewwel xogħol artistiku kbir ta' Sciortino. L-abbozz tal-istatwa llum il-ġurnata jinsab ġewwa '''Buckingham Palace'' wara li ingħata bħala rigal f'isem il-poplu Malti mill-gvern lill-Prinċipessa Eliżabetta waqt li din kienet fuq żjara f'Malta fl-[[1951]].